Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0135

    Kawża C-135/22 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2022 minn Patrick Breyer mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-158/19, Breyer vs L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka

    ĠU C 171, 25.4.2022, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 171, 25.4.2022, p. 18–19 (GA)

    25.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 171/20


    Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2022 minn Patrick Breyer mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-158/19, Breyer vs L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka

    (Kawża C-135/22 P)

    (2022/C 171/26)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellant: Patrick Breyer (rappreżentant: J. Breyer, Rechtsanwalt)

    Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka

    Talbiet

    L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    1.

    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-158/19, Breyer vs REA u d-deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka (REA) tas-17 ta’ Jannar 2019 (ARES [2019] 266593) fl-intier tagħha;

    2.

    tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-proċeduri.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Fil-qosor, l-appellant isostni li għandu dritt għall-aċċess sħiħ tad-dokumenti dwar l-implimentazzjoni tal-proġett ta’ riċerka Orizzont 2020, “iBorderCtrl: Intelligent Portable Border Control System” skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1). L-interess pubbliku fit-trasparenza dwar l-iżvilupp, iffinanzjat minn fondi pubbliċi, tas-sistemi ta’ intelliġenza artifiċjali (AI) intiżi li jintużaw kif previst mill-awtoritajiet responsabbli għall-kontroll tal-fruntiera bħala makkinarju tal-verità jew sabiex jiġi evalwat ir-riskju ta’ min jidħol fit-territorju, jipprevali fuq interessi kummerċjali privati.

    Fid-dawl tal-implikazzjonijiet etiċi, soċjali u dawk relatati mad-drittijiet tal-bniedem tat-teknoloġija b’riskju għoli inkwistjoni, l-interess pubbliku għall-aċċess għall-informazzjoni jinbet diġà mal-bidu tal-fażi ta’ riċerka u ma jistax jiġi leġittimament pospost għall-fażi ta’ wara t-tkomplija tal-proġett ta’ riċerka.

    Is-sistema ta’ diffużjoni tar-riżultati prevista fir-Regolament Nru 1290/2013 (2) u fil-Grant Agreement (ftehim tal-għoti) ma hijiex adatta sabiex tissodisfa l-interess xjentifiku, l-interess tax-xandir u l-interess tal-pubbliku inġenerali fir-rigward tal-proġett.


    (1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

    (2)  Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f’“Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU 2013, L 347, p. 81).


    Top