This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CJ0180
Judgment of the Court (First Chamber) of 13 July 2023.#Finanzamt Hamm v Harry Mensing.#Request for a preliminary ruling from the Bundesfinanzhof.#Reference for a preliminary ruling – Taxation – Common system of value added tax (VAT) – Directive 2006/112/EC – Article 311 et seq. – Special arrangements for works of art – Margin scheme – Taxable dealers – Supply of works of art by creators or their successors in title – Intra-Community transactions – Right to deduct input tax.#Case C-180/22.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Lulju 2023.
Finanzamt Hamm vs Harry Mensing.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesfinanzhof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 311 et seq. – Skemi partikolari applikabbli fil-qasam tax-xogħlijiet tal-arti – Skema tal-marġni ta’ profitt – Rivendituri taxxabbli – Kunsinna ta’ xogħlijiet tal-arti mill-awtur jew mis-suċċessuri fit-titolu tiegħu – Tranżazzjonijiet intra-Komunitarji – Dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa.
Kawża C-180/22.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Lulju 2023.
Finanzamt Hamm vs Harry Mensing.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesfinanzhof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 311 et seq. – Skemi partikolari applikabbli fil-qasam tax-xogħlijiet tal-arti – Skema tal-marġni ta’ profitt – Rivendituri taxxabbli – Kunsinna ta’ xogħlijiet tal-arti mill-awtur jew mis-suċċessuri fit-titolu tiegħu – Tranżazzjonijiet intra-Komunitarji – Dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa.
Kawża C-180/22.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2023:565
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla)
13 ta’ Lulju 2023 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 311 et seq. – Skemi partikolari applikabbli fil-qasam tax-xogħlijiet tal-arti – Skema tal-marġni ta’ profitt – Rivendituri taxxabbli – Kunsinna ta’ xogħlijiet tal-arti mill-awtur jew mis-suċċessuri fit-titolu tiegħu – Tranżazzjonijiet intra-Komunitarji – Dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa”
Fil-Kawża C‑180/22,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑20 ta’ Ottubru 2021, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑9 ta’ Marzu 2022, fil-proċedura
Finanzamt Hamm
vs
Harry Mensing,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),
komposta minn A. Arabadjiev, President tal-Awla, P. G. Xuereb, T. von Danwitz, A. Kumin u I. Ziemele (Relatriċi), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Szpunar,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal Harry Mensing, minn O.-G. Lippross, Rechtsanwalt, |
– |
għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u A. Hoesch, bħala aġenti, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Pethke u V. Uher, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑23 ta’ Marzu 2023,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 311 et seq. tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60), iktar ‘il quddiem id-“Direttiva dwar il-VAT”). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn il-Finanzamt Hamm (l-Amministrazzjoni Fiskali ta’ Hamm, il-Ġermanja) u Harry Mensing, persuna li tinnegozja f’xogħlijiet tal-arti, rigward il-kalkolu tal-bażi tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) f’każ ta’ applikazzjoni tal-iskema tal-marġni ta’ profitt għall-kunsinni ta’ xogħlijiet tal-arti li jkunu ġew akkwistati preċedentement mill-persuna kkonċernata fil-kuntest ta’ kunsinni intra-Komunitarji. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal‑Unjoni
3 |
Il-premessi 4, 7 u 51 tad-Direttiva dwar il-VAT jipprovdu:
[…]
[…]
|
4 |
L-Artikolu 193 ta’ din id-direttiva jiddisponi: “Il-VAT għandha titħallas minn kwalunkwe persuna taxxabbli li tkun qed twettaq forniment taxxabbli ta’ merkanzija jew servizzi, minbarra fejn din titħallas minn persuna oħra fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 194 sa 199 u fl-Artikolu 202.” |
5 |
Id-Direttiva dwar il-VAT tinkludi, taħt it-Titolu XII, intitolat “[S]kemi speċjali”, il-Kapitolu 4 intitolat “Arranġamenti speċjali għal oġġetti użati, xogħlijiet ta’ l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet”. It-Taqsima 1 ta’ dan il-kapitolu tinkludi l-Artikolu 311 ta’ din id-direttiva, li jiddefinixxi b’mod partikolari l-kunċetti ta’ “xogħol tal–arti” u ta’ “rivenditur taxxabbli”. Taħt it-Taqsima 2 tal-imsemmi kapitolu, li tistabbilixxi l-iskema speċjali għar-rivendituri taxxabbli, is-Subtaqsima 1, intitolata “Skema ta’ marġni [ta’ profitt]”, tinkludi l-Artikoli 312 sa 325. |
6 |
L-Artikolu 312 tad-Direttiva dwar il-VAT jipprovdi: “Għall-finijiet ta’ din is-Sub-taqsima, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
|
7 |
L-Artikolu 314 ta’ din id-direttiva jipprevedi: “L-iskema tal-marġni għandha tapplika għall-provvista minn negozjant taxxabbli ta’ merkanzija użata, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet fejn dik il-merkanzija kienet ipprovduta lilu fil-Komunità [Ewropea] minn waħda mill-persuni li ġejjin:
|
8 |
L-Artikolu 315 tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej: “L-ammont taxxabbli fir-rigward tal-provvista ta’ merkanzija kif msemmija fl-Artikolu 314 għandu jkun il–marġni ta’ profitt magħmul min-negozjant taxxabbli, bit-tnaqqis ta’ l-ammont tal-VAT li jirreferi għall-marġni ta’ profitt. Il-marġni ta’ profitt tan-negozjant taxxabbli għandu jkun ugwali għad-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ mitlub min-negozjant taxxabbli għall-merkanzija u l-prezz tax-xiri.” |
9 |
L-Artikolu 316 tal-istess direttiva jipprovdi: “1. L-Istati Membri għandhom jagħtu lin-negozjanti taxxabbli ddritt li jagħżlu li japplikaw l-iskema ta’ marġni għat-transazzjonijiet li ġejjin:
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dettaljati biex tkun eżerċitata l-għażla prevista fil-paragrafu 1, li għandha f’kull każ tkopri perijodu ta’ mill-inqas sentejn kalendarji.” |
10 |
L-Artikolu 317 tad-Direttiva dwar il-VAT jipprovdi: “Jekk negozjant [rivenditur] taxxabbli jeżerċita l-għażla skond l-Artikolu 316, l-ammont taxxabbli għandu jkun stabbilit skond l-Artikolu 315. Għall-provvisti ta’ xogħlijiet ta’ l-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet li n-negozjanti taxxabbli importa huwa stess, il-prezz tax-xiri li għandu jittieħed in konsiderazzjoni fil-kalkolu tal-marġni ta’ profitt għandu jkun ugwali għall-ammont taxxabbli fuq l-importazzjoni, stabbilit skond l-Artikoli 85 sa 89, flimkien mall-VAT dovuta jew imħallsa ma’ l-importazzjoni.” |
Id‑dritt Ġermaniż
11 |
L-Artikolu 25a tal-Umsatzsteuergesetz (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul mill-Bejgħ) fil-verżjoni tagħha ppubblikata fil‑21 ta’ Frar 2005 (BGBl. I, p. 386, iktar ’il quddiem l-“UStG”), jipprovdi kif ġej: “(1) Il-kunsinni fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 1(1) ta’ oġġetti mobbli materjali huma suġġetti għat-taxxa skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin (skema tal-marġni ta’ profitt) meta l-kundizzjonijiet elenkati li ġejjin ikunu ssodisfatti:
(2) Ir-rivenditur jista’ jiddikjara lill-amministrazzjoni fiskali, mhux iktar tard mill-preżentazzjoni tal-ewwel dikjarazzjoni provviżorja ta’ sena kalendarja, li huwa japplika l-iskema tal-marġni ta’ profitt, mill-bidu ta’ dik is-sena kalendarja, ukoll għall-oġġetti li ġejjin:
Id-dikjarazzjoni torbot lill-persuna taxxabbli għal tul minimu ta’ sentejn kalendarji. (3) Id-dħul mill-bejgħ huwa kkalkolat skont l-ammont tad-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ u l-prezz tax-xiri tal-oġġett: fil-każ ta’ kunsinni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u fil-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(5), il-prezz tal-bejgħ huwa ssostitwit bil-valur stabbilit skont il-punt 1 tal-Artikolu 10(4). Jekk il-prezz tax-xiri ta’ xogħol tal-arti (punt 53 tal-Anness 2) ma jistax jiġi stabbilit jew jekk il-prezz tax-xiri huwa insinjifikattiv, l-ammont li fuqu t-tranżazzjoni hija intaxxata huwa stabbilit għal 30 % tal-prezz tal-bejgħ. It-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ ma tagħmilx parti mill-bażi tat-taxxa. F’każ imsemmi fil-punt 1 tal-ewwel sentenza tal-paragrafu 2, il-prezz tax-xiri għandu jitqies li huwa l-valur skont it-tifsira tal-Artikolu 11(1) miżjud bit-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ fuq l-importazzjoni. F’każ skont il-punt 2 tal-ewwel sentenza tal-paragrafu 2, il-prezz tax-xiri jinkludi t-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ imħallsa mill-fornitur. […] (7) Japplikaw ir-regoli partikolari li ġejjin:
[…]” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
12 |
H. Mensing huwa negozjant fl-arti stabbilit fil-Ġermanja li jamministra galleriji tal-arti f’diversi bliet Ġermaniżi. Fl-2014, ġew ikkunsinnati lilu xogħlijiet tal-arti provenjenti minn artisti stabbiliti fi Stati Membri oħra. Dawn il-kunsinni kienu ġew iddikjarati fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-artisti inkwantu kunsinni intra-Komunitarji eżentati. H. Mensing ħallas il-VAT fuqhom dovuta abbażi tal-akkwist intra-Komunitarju. |
13 |
H. Mensing talab lill-Amministrazzjoni Fiskali ta’ Hamm għall-applikazzjoni għall-imsemmija kunsinni tal-iskema tal-marġni ta’ profitt. Peress li l-punt 1(a) tal-Artikolu 25a(7) tal-UStG jipprevedi li l-iskema tal-marġni ta’ profitt ma tapplikax għal kunsinna ta’ oġġett akkwistat mir-rivenditur fil-kuntest ta’ akkwist intra-Komunitarju meta l-kunsinna tal-oġġett lir-rivenditur tkun ibbenefikat mill-eżenzjoni tal-kunsinni intra-Komunitarji fil-bqija tat-territorju tal-Unjoni Ewropea, l-Amministrazzjoni Fiskali ta’ Hamm irrifjutat li tilqa’ t-talba tiegħu u, għaldaqstant, iddikjarat lil H. Mensing bħala responsabbli għall-ħlas addizzjonali tal-VAT. |
14 |
Wara ċ-ċaħda tal-ilment tiegħu kontra l-avviż ta’ taxxa dwar dan l-ammont addizzjonali ta’ VAT, H. Mensing ippreżenta rikors quddiem il-Finanzgericht Münster (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Münster, il-Ġermanja), fejn sostna li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni ma hijiex konformi mad-dritt tal-Unjoni, u talab l-applikazzjoni diretta tal-Artikolu 316(1)(b) tad-Direttiva dwar il-VAT. |
15 |
Peress li din il-qorti kellha dubji f’dan ir-rigward, hija ressqet talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
16 |
Permezz ta’ sentenza tad‑29 ta’ Novembru 2018, Mensing (C‑264/17, EU:C:2018:968), mogħtija wara din it-talba, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, minn naħa, li l-Artikolu 316(1)(b) tad-Direttiva dwar il-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li rivenditur taxxabbli jista’ jagħżel l-applikazzjoni tal-iskema tal-marġni ta’ profitt għal kunsinna tal-input ta’ xogħlijiet tal-arti li kienu ġew ikkunsinnati lilu preċedentement, fil-kuntest ta’ kunsinna intra-Komunitarja eżentata, mill-awtur jew mis-suċċessuri tiegħu fit-titolu, minkejja li dawn ma jaqgħux taħt il-kategoriji ta’ persuni elenkati fl-Artikolu 314 ta’ din id-direttiva, u, min-naħa l-oħra, li rivenditur taxxabbli ma jistax fl-istess ħin jagħżel l-applikazzjoni tal-iskema tal-marġni ta’ profitt għal kunsinna ta’ xogħlijiet tal-arti li kienet ġiet ikkunsinnata lilu preċedentement fil-kuntest ta’ kunsinna intra-Komunitarja eżentata u jinvoka dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa fis-sitwazzjonijiet fejn tali dritt huwa eskluż skont l-Artikolu 322(b) tal-imsemmija direttiva, jekk din l-aħħar dispożizzjoni ma kinitx ġiet trasposta fid-dritt nazzjonali. |
17 |
Wara din id-deċiżjoni, permezz ta’ sentenza tas‑7 ta’ Novembru 2019, il-Finanzgericht Münster (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Münster) laqgħet it-talba ta’ H. Mensing. Essenzjalment, din il-qorti qieset li d-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa kellha ssir skont id-dritt tal-Unjoni u li, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 317 tad-Direttiva dwar il-VAT, moqri flimkien mal-Artikoli 312, 315 u 316 ta’ din id-direttiva, it-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ għandha, bħala element tal-“prezz tax-xiri”, titnaqqas mill-marġni ta’ profitt. |
18 |
L-Amministrazzjoni Fiskali ta’ Hamm ippreżentat rikors għal reviżjoni kontra din is-sentenza quddiem il-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi, il-Ġermanja), li hija l-qorti tar-rinviju f’din il-kawża. Hija ssostni, essenzjalment, li t-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ relatata mal-akkwisti intra-Komunitarji ma tnaqqasx il-bażi tat-taxxa. F’dan ir-rigward, l-Amministrazzjoni Fiskali ta’ Hamm tirreferi għall-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fil-kawża Mensing (C‑264/17, EU:C:2018:722), li rrileva li, fil-każ ta’ importazzjonijiet provenjenti minn pajjiżi terzi, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 317 tad-Direttiva dwar il-VAT jimponi li titnaqqas il-bażi tat-taxxa fuq l-importazzjoni mill-prezz tal-bejgħ, miżjuda bil-VAT relatata mal-importazzjoni, u qies, b’konsegwenza, li l-assenza ta’ soluzzjoni analoga fir-rigward tal-akkwisti intra-Komunitarji tikkostitwixxi lakuna legali. |
19 |
Il-qorti tar-rinviju tosserva li, fid-dritt nazzjonali, teħid inkunsiderazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ waqt id-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa għall-finijiet tal-iskema tal-marġni ta’ profitt huwa possibbli abbażi ta’ interpretazzjoni tat-tielet sentenza tal-Artikolu 25a(3) tal-UStG konformi mad-dritt tal-Unjoni. Madankollu, din il-qorti għandha dubji dwar jekk il-qorti nazzjonali tal-aħħar istanza tistax, meta persuna taxxabbli tinvoka l-applikazzjoni tal-iskema tal-marġni ta’ profitt prevista fl-Artikoli 311 et seq. tad-Direttiva dwar il-VAT, tinterpreta t-tielet sentenza tal-Artikolu 25a(3) tal-UStG fis-sens li t-taxxa relatata mal-akkwist intra-Komunitarju ma tifformax parti mill-bażi tat-taxxa. |
20 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq it-tieni domanda
21 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 312 u 315 kif ukoll l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 317 tad-Direttiva dwar il-VAT għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-VAT imħallsa minn rivenditur taxxabbli abbażi tal-akkwist intra-Komunitarju ta’ xogħol tal-arti, li l-kunsinna sussegwenti tiegħu hija suġġetta għall-iskema tal-marġni ta’ profitt skont l-Artikolu 316(1) ta’ din id-direttiva, tagħmel parti mill-bażi tat-taxxa ta’ din il-kunsinna. |
22 |
Konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, hemm lok, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet li għandhom jintlaħqu permezz tal-leġiżlazzjoni li din tagħmel parti minnha (sentenza tad‑29 ta’ Novembru 2018, Mensing,C‑264/17, EU:C:2018:968, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
23 |
Qabelxejn, hemm lok li jiġi rrilevat, fir-rigward tal-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni, li mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 317 tad-Direttiva dwar il-VAT jirriżulta li, meta rivenditur taxxabbli jagħżel, konformement mal-Artikolu 316 ta’ din id-direttiva, l-applikazzjoni tal-iskema tal-marġni ta’ profitt għall-kunsinni ta’ oġġetti msemmija f’din id-dispożizzjoni, il-bażi tat-taxxa hija ddefinita konformement mal-Artikolu 315 tal-imsemmija direttiva. |
24 |
Skont l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu 315, il-bażi tat-taxxa tal-kunsinni ta’ oġġetti li għalihom tapplika l-iskema tal-marġni ta’ profitt hija kkostitwita mill-marġni ta’ profitt magħmul mir-rivenditur taxxabbli, ikkalkolat konformement mat-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu, imnaqqas bl-ammont tal-VAT relatata mal-marġni ta’ profitt innifsu. |
25 |
F’dan ir-rigward, l-ewwel, mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 315 tad-Direttiva dwar il-VAT, jirriżulta li l-marġni ta’ profitt tar-rivenditur taxxabbli għandu jkun ugwali għad-differenza bejn il-“prezz tal-bejgħ” mitlub mir-rivenditur taxxabbli għall-oġġett u l-“prezz tax-xiri.” |
26 |
B’mod partikolari, il-punt 1 tal-Artikolu 312 tad-Direttiva dwar il-VAT jiddefinixxi l-“prezz tal-bejgħ” bħala li jfisser “dak kollu li jikkostitwixxi l-ħlas miksub jew li ser jiġi miksub min-negozjant taxxabbli mingħand ix-xerrej jew parti terza, inklużi sussidji direttament marbuta mat-transazzjoni, taxxi, dazji, imposti u piżijiet u spejjeż inċidentali bħal kummissjoni, ippakkjar, trasport u spejjeż ta’ l-assigurazzjoni mitluba min-negozjant taxxabbli lill-konsumatur”. Il-kunċett ta’ “prezz tax-xiri” huwa ddefinit, fir-rigward tiegħu, fil-punt 2 tal-Artikolu 312 ta’ din id-direttiva bħala “dak kollu li jikkokstitwixxi l-ħlas, għall-finijiet tal-punt (1), miksub jew li għandu jkun miksub mingħand in-negozjant taxxabbli mill-fornitur tiegħu”. |
27 |
Kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punti 31 sa 33 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 312 tad-Direttiva dwar il-VAT jirriżulta għalhekk li l-kunċetti ta’ “prezz tal-bejgħ” u ta’ “prezz tax-xiri”, imsemmija f’din id-dispożizzjoni, jirrigwardaw rispettivament, minn naħa, l-elementi tal-ispejjeż li r-rivenditur taxxabbli kien kiseb il-kopertura tagħhom inkambju għal tranżazzjoni ta’ kunsinna suġġetta għall-iskema tal-marġni ta’ profitt u, min-naħa l-oħra, dawk li huwa ħallas lill-fornitur billi xtara l-oġġett li sussegwentement huwa s-suġġett ta’ din il-kunsinna. |
28 |
Isegwi, fir-rigward b’mod speċifiku tal-kunċett ta’ “prezz tax-xiri”, li dan ma jinkludix l-elementi tal-ispejjeż li r-rivenditur taxxabbli ma ħallasx lill-fornitur, iżda li ħallas lil terzi, b’mod li dan il-prezz tax-xiri ma jinkludix il-VAT imħallsa lit-Teżor għall-akkwist intra-Komunitarju tal-oġġett li huwa sussegwentement is-suġġett tat-tranżazzjoni ta’ kunsinna inkwistjoni. |
29 |
It-tieni, fir-rigward tal-ammont tal-VAT relatata mal-marġni ta’ profitt innifsu, li għandu, konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 315 tad-Direttiva dwar il-VAT u kif imfakkar fil-punt 24 ta’ din is-sentenza, jitneħħa mill-marġni ta’ profitt magħmul mir-rivenditur taxxabbli, għandu jiġi rrilevat, kif osserva l-Gvern Ġermaniż u kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 37 tal-konklużjonijiet tiegħu, li din il-VAT hija t-taxxa li r-rivenditur taxxabbli għandu jħallas fuq il-bejgħ tax-xogħol tal-arti li jkun għamel. Min-naħa l-oħra, l-imsemmija VAT ma tistax tinkludi t-taxxa mħallsa mir-rivenditur taxxabbli għall-akkwist intra-Komunitarju tax-xogħol tal-arti, li hija relatata mal-prezz tal-akkwist ta’ dan l-oġġett. |
30 |
Fid-dawl tal-formulazzjoni tal-Artikoli 312 u 315 kif ukoll tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 317 tad-Direttiva dwar il-VAT, hemm lok, għalhekk, li jitqies li l-VAT imħallsa mir-rivenditur taxxabbli abbażi tal-akkwist intra-Komunitarju ta’ xogħol tal-arti li huwa s-suġġett ta’ tranżazzjoni ta’ kunsinna sussegwenti suġġetta għall-iskema tal-marġni ta’ profitt ma tagħmilx parti mill-prezz tax-xiri ta’ dan l-oġġett, fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 312 ta’ din id-direttiva, b’tali mod li ma hemmx lok li l-ammont ta’ din it-taxxa jiġi eskluż mill-bażi tat-taxxa ta’ din il-kunsinna sussegwenti. |
31 |
Madankollu, kemm H. Mensing kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea jqisu, essenzjalment, li interpretazzjoni strettament letterali tal-Artikoli 312 u 315 kif ukoll tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 317 tad-Direttiva dwar il-VAT tmur kontra l-għanijiet li għandhom jintlaħqu minn dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll il-kuntest li jagħmlu parti minnu. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tosserva li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 312 tad-Direttiva dwar il-VAT fis-sens li l-prezz tax-xiri ta’ xogħol tal-arti akkwistat minn rivenditur taxxabbli mingħand fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor fil-kuntest ta’ akkwist intra-Komunitarju ta’ dan l-oġġett jinkludi l-VAT imħallsa abbażi ta’ dan l-akkwist, tippermetti li jiġu evitati t-taxxi doppji kif ukoll id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, indipendentement mill-fatt li l-imsemmi oġġett kien ġie akkwistat fl-istess Stat Membru, fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz. |
32 |
F’dan ir-rigward, l-ewwel, huwa minnu, minn naħa, fir-rigward tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu mid-Direttiva dwar il-VAT, li mill-premessa 4 ta’ din id-direttiva jirriżulta li din hija intiża sabiex tistabbilixxi sistema ta’ VAT li ma toħloqx distorsjoni fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u li ma tostakolax il-moviment liberu tal-merkanzija u tas-servizzi. Minbarra dan, skont il-premessa 7 tal-imsemmija direttiva, is-sistema komuni ta’ VAT għandha twassal, anki jekk ir-rati u l-eżenzjonijiet ma jkunux armonizzati b’mod sħiħ, għal newtralità fil-kompetizzjoni, fis-sens li, fit-territorju ta’ kull Stat Membru, l-oġġetti u s-servizzi li jixxiebhu jġorru l-istess piż fiskali, hu x’inhu t-tul tal-produzzjoni u l-katina tad-distribuzzjoni. Barra minn hekk, hekk kif fakkret il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tad-29 ta’ Novembru 2018, Mensing (C‑264/17, EU:C:2018:968, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata), minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-prinċipju ta’ newtralità fiskali huwa inerenti għas-sistema komuni ta’ VAT stabbilita permezz tad-Direttiva dwar il-VAT u li dan il-prinċipju jipprekludi, fost l-oħrajn, li operaturi ekonomiċi li jagħmlu l-istess tranżazzjonijiet jiġu ttrattati b’mod differenti fil-qasam tal-ġbir tal-VAT. |
33 |
Min-naħa l-oħra, fir-rigward, b’mod iktar speċifiku, tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu mill-iskema tal-marġni ta’ profitt, il-Qorti tal-Ġustizzja ċertament diġà sostniet li, skont il-premessa 51 tad-Direttiva dwar il-VAT, din l-iskema hija intiża, fil-qasam tal-oġġetti użati, tax-xogħlijiet tal-arti, ta’ antikitajiet u ta’ oġġetti tal-kollezzjoni, sabiex jiġu evitati t-taxxi doppji u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn persuni taxxabbli (sentenza tad‑29 ta’ Novembru 2018, Mensing,C‑264/17, EU:C:2018:968, punt 35). |
34 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni fid-dawl tal-kuntest tagħha u tal-iskop tagħha ma jistax ikollha bħala riżultat li ċċaħħad lill-formulazzjoni ċara u preċiża ta’ din id-dispożizzjoni minn kull effett utli. Għalhekk, meta s-sens ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni jkun jirriżulta mingħajr ambigwità mill‑formulazzjoni stess tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax titbiegħed minn din l-interpretazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑26 ta’ Ottubru 2006, Il‑Komunità Ewropea, C‑199/05, EU:C:2006:678, punt 42, u tal‑20 ta’ Settembru 2022, VD u SR, C‑339/20 u C‑397/20, EU:C:2022:703, punt 71 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
35 |
F’dan ir-rigward, għalkemm, ċertament, il-prinċipju ta’ newtralità fiskali huwa inerenti għas-sistema komuni ta’ VAT stabbilita mid-Direttiva dwar il-VAT, dan il-prinċipju, fir-rigward ta’ espressjoni partikolari tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fil-livell tad-dritt sekondarju tal-Unjoni u fis-settur partikolari tal-fiskalità, ma jippermettix li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ din id-direttiva jiġi estiż b’mod li jmur kontra l-formulazzjoni ċara tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑15 ta’ Novembru 2012, Zimmermann,C‑174/11, EU:C:2012:716, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata), li tista’ tiġi emendata biss wara intervent mil-leġiżlatur tal-Unjoni hekk kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 61 tal-konklużjonijiet tiegħu. |
36 |
It-tieni, huwa paċifiku, kif irrilevat, essenzjalment, il-Kummissjoni, li l-interpretazzjoni letterali tal-Artikoli 312 u 315 kif ukoll tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 317 tad-Direttiva dwar il-VAT, imsemmija fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, twassal għal piż fiskali differenzjat fuq il-kunsinni fi Stat Membru, skont jekk ix-xogħol tal-arti kienx is-suġġett ta’ tali akkwist intra-Komunitarju, ġiex akkwistat mir-rivenditur taxxabbli fit-territorju tal-istess Stat Membru jew jekk ġiex importat minn pajjiż terz. |
37 |
Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li din is-sitwazzjoni tirriżulta direttament mill-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet applikabbli. |
38 |
Fil-fatt, filwaqt li, hekk kif ġie rrilevat fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, il-VAT imħallsa mir-rivenditur taxxabbli abbażi tal-akkwist intra-Komunitarju ta’ xogħol tal-arti li huwa s-suġġett ta’ tranżazzjoni ta’ kunsinna sussegwenti suġġetta għall-iskema tal-marġni ta’ profitt ma tagħmilx parti mill-prezz tax-xiri ta’ dan l-oġġett, fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 312 tad-Direttiva dwar il-VAT, il-VAT imħallsa minn dan ir-rivenditur taxxabbli abbażi tal-akkwist ta’ xogħol tal-arti fi Stat Membru u li huwa s-suġġett ta’ tranżazzjoni ta’ kunsinna sussegwenti suġġetta għal din l-iskema fl-istess Stat Membru hija, ġeneralment, imħallsa minn dan ir-rivenditur taxxabbli direttament lill-fornitur tiegħu, li huwa, bħala prinċipju, responsabbli għall-ħlas tagħha lit-Teżor, konformement mal-Artikolu 193 ta’ din id-direttiva, b’tali mod li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “prezz tax-xiri”, fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 312 tal-imsemmija direttiva. |
39 |
Barra minn hekk, għall-kunsinni ta’ xogħlijiet tal-arti li r-rivenditur taxxabbli jkun huwa stess importa, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 317 tal-istess direttiva jipprovdi espressament li l-prezz tax-xiri li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-marġni ta’ profitt huwa ugwali għall-bażi tat-taxxa fuq l-importazzjoni miżjuda bil-VAT dovuta jew imħallsa fuq l-importazzjoni. |
40 |
Issa, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 34 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax titbiegħed mill-formulazzjoni ċara u preċiża ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. |
41 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi u fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, l-Artikoli 312 u 315 kif ukoll l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 317 tad-Direttiva dwar il-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-VAT imħallsa minn rivenditur taxxabbli abbażi tal-akkwist intra-Komunitarju ta’ xogħol tal-arti, li l-kunsinna sussegwenti tiegħu hija suġġetta għall-iskema tal-marġni ta’ profitt skont l-Artikolu 316(1) ta’ din id-direttiva, tagħmel parti mill-bażi tat-taxxa ta’ din il-kunsinna. |
Fuq l-ewwel domanda
42 |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tieni domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-ewwel domanda. |
Fuq l-ispejjeż
43 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
L-Artikoli 312 u 315 kif ukoll-ewwel paragrafu tal-Artikolu 317 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, |
għandhom jiġu interpretati fis-sens li: |
it-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa minn rivenditur taxxabbli abbażi tal-akkwist intra-Komunitarju ta’ xogħol tal-arti, li l-kunsinna sussegwenti tiegħu hija suġġetta għall-iskema tal-marġni ta’ profitt skont l-Artikolu 316(1) ta’ din id-direttiva, tagħmel parti mill-bażi tat-taxxa ta’ din il-kunsinna. |
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.