Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0657

    Kawża C-657/22 , Bitulpetrolium Serv: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ April 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Prahova - ir-Rumanija) – SC Bitulpetrolium Serv SRL vs Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Prahova – Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Ploieşti (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku – Direttiva 2003/96/KE – Tassazzjoni konformement mal-prinċipju ta’ użu reali ta’ dawn il-prodotti – Anness I – Livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli għall-prodotti tal-enerġija previsti f’din id-direttiva – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 2(1)(a) – Fatt taxxabbli – Artikolu 63 – Eżiġibbiltà tal-VAT – Artikolu 78(1)(a) – Bażi tat-taxxa – Introduzzjoni mill-ġdid tal-prodotti tal-enerġija fil-maħżen tat-taxxa – Kundizzjonijiet imposti mid-dritt nazzjonali – Supplimenti tas-sisa u tal-VAT applikati bħala sanzjoni għan-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet – Prinċipju ta’ proporzjonalità)

    ĠU C, C/2024/3571, 17.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3571/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3571/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje C


    C/2024/3571

    17.6.2024

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ April 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Prahova - ir-Rumanija) – SC Bitulpetrolium Serv SRL vs Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Prahova – Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Ploieşti

    (Kawża C-657/22  (1) , Bitulpetrolium Serv)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku - Direttiva 2003/96/KE - Tassazzjoni konformement mal-prinċipju ta’ użu reali ta’ dawn il-prodotti - Anness I - Livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli għall-prodotti tal-enerġija previsti f’din id-direttiva - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(a) - Fatt taxxabbli - Artikolu 63 - Eżiġibbiltà tal-VAT - Artikolu 78(1)(a) - Bażi tat-taxxa - Introduzzjoni mill-ġdid tal-prodotti tal-enerġija fil-maħżen tat-taxxa - Kundizzjonijiet imposti mid-dritt nazzjonali - Supplimenti tas-sisa u tal-VAT applikati bħala sanzjoni għan-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

    (C/2024/3571)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Tribunalul Prahova

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: SC Bitulpetrolium Serv SRL

    Konvenut: Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Prahova – Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Ploieşti

    Dispożittiv

    1)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku u l-prinċipju ta’ proporzjonalità

    għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    jipprekludu dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li bis-saħħa tagħhom, fil-każ ta’ introduzzjoni mill-ġdid fil-maħżen tat-taxxa ta’ prodotti tal-enerġija intiżi li jintużaw bħala kombustibbli, bil-għan li sussegwentement jiġu kkummerċjalizzati, il-fatt li l-awtorità kompetenti ma ġietx informata dwar din l-introduzzjoni mill-ġdid kif ukoll il-fatt li, fin-noti ta’ rċevuta u fil-fatturi ta’ kreditu relatati ma’ dawn il-prodotti, ma ngħatawx indikazzjonijiet dwar l-immarkar u l-kulur tal-imsemmija prodotti jwasslu, bħala sanzjoni għan-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet, għall-applikazzjoni għall-istess prodotti, irrispettivament mill-użu reali tagħhom, tar-rata tas-sisa ogħla prevista għaż-żejt tal-gass intiż li jintuża bħala karburant.

    2)

    L-Artikolu 2(1)(a), l-Artikolu 63 u l-Artikolu 78(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

    għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    jipprekludu dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li bis-saħħa tagħhom, fil-każ ta’ introduzzjoni mill-ġdid fil-maħżen tat-taxxa ta’ prodotti tal-enerġija intiżi li jintużaw bħala kombustibbli, it-taxxa fuq il-valur miżjud tkun dovuta fuq l-ammont stabbilit mill-awtorità fiskali bħala suppliment tas-sisa, minħabba l-applikazzjoni għall-imsemmija prodotti tar-rata tas-sisa prevista għaż-żejt tal-gass intiż li jintuża bħala karburant, sakemm ma titwettaqx tranżazzjoni taxxabbli li tikkonsisti fil-kunsinna tal-prodott tal-enerġija kkonċernat bil-għan li jintuża bħala karburant.


    (1)   ĠU C 155, 02.05.2023.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3571/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top