Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0238

    Kawża C-238/22, LATAM Airlines Group: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – FW vs LATAM Airlines Group SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bl-ajru – Regolament (KEE) Nru 261/2004 – Artikolu 2(j) – Artikolu 3 – Artikolu 4(3) – Kumpens lill-passiġġieri tal-ajru fil-każ ta’ rifjut ta’ imbark – Passiġġier informat minn qabel dwar ir-rifjut ta’ imbark – Assenza ta’ obbligu għall-passiġġier li jippreżenta ruħu għall-imbark – Artikolu 5(1)(ċ) – Eċċezzjonijiet għad-dritt għal kumpens fil-każ ta’ kanċellazzjoni tat-titjira – Nuqqas ta’ applikabbiltà ta’ dawn l-eċċezzjonijiet fil-każ li l-imbark jiġi rrifjutat minn qabel)

    ĠU C, C/2023/1107, 4.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1107/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1107/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje C


    C/2023/1107

    4.12.2023

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – FW vs LATAM Airlines Group SA

    (Kawża C-238/22 (1), LATAM Airlines Group)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (KEE) Nru 261/2004 - Artikolu 2(j) - Artikolu 3 - Artikolu 4(3) - Kumpens lill-passiġġieri tal-ajru fil-każ ta’ rifjut ta’ imbark - Passiġġier informat minn qabel dwar ir-rifjut ta’ imbark - Assenza ta’ obbligu għall-passiġġier li jippreżenta ruħu għall-imbark - Artikolu 5(1)(ċ) - Eċċezzjonijiet għad-dritt għal kumpens fil-każ ta’ kanċellazzjoni tat-titjira - Nuqqas ta’ applikabbiltà ta’ dawn l-eċċezzjonijiet fil-każ li l-imbark jiġi rrifjutat minn qabel)

    (C/2023/1107)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Frankfurt am Main

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: FW

    Konvenut: LATAM Airlines Group SA

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, moqri flimkien mal-Artikolu 2(j) tar-Regolament Nru 261/2004,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    trasportatur bl-ajru li jopera, li informa bil-quddiem lil passiġġier li kien ser jirrifjuta li jħallih jimbarka, kontra r-rieda tiegħu, fuq titjira li għaliha dan tal-aħħar għandu riżervazzjoni kkonfermata, għandu jikkumpensa lill-imsemmi passiġġier, anki jekk dan ma jkunx ippreżenta ruħu għall-imbark fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-regolament.

    2)

    L-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    billi din id-dispożizzjoni tintroduċi eċċezzjoni għad-dritt għal kumpens tal-passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, din ma tirregolax is-sitwazzjoni li fiha passiġġier ġie informat, minn tal-inqas ġimagħtejn qabel il-ħin ta’ tluq tat-titjira prevista, li t-trasportatur bl-ajru li jopera kien ser jirrifjuta li jittrasportah, kontra r-rieda tiegħu, b’tali mod li dan tal-aħħar ma jkunx jista’ jibbenefika mid-dritt għal kumpens għal rifjut ta’ imbark previst fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament.


    (1)   ĠU C 266, 11.7.2022.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1107/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top