Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0140

    Kawża C-140/22, mBANK (Dikjarazzjoni tal-konsumatur): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie – il-Polonja) – SM, KM vs mBank S.A. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Artikolu 6(1) u Artikolu 7(1) – Effetti tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola – Kuntratt ta’ self ipotekarju indiċjat fuq munita barranija li jinkludi klawżoli inġusti dwar ir-rata tal-kambju – Nullità ta’ dan il-kuntratt – Azzjoni għal restituzzjoni – Interessi legali – Terminu ta’ preskrizzjoni)

    ĠU C, C/2024/919, 29.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/919/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/919/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje C


    C/2024/919

    29.1.2024

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie – il-Polonja) – SM, KM vs mBank S.A.

    (Kawża C-140/22 (1), mBANK (Dikjarazzjoni tal-konsumatur))

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Artikolu 6(1) u Artikolu 7(1) - Effetti tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola - Kuntratt ta’ self ipotekarju indiċjat fuq munita barranija li jinkludi klawżoli inġusti dwar ir-rata tal-kambju - Nullità ta’ dan il-kuntratt - Azzjoni għal restituzzjoni - Interessi legali - Terminu ta’ preskrizzjoni)

    (C/2024/919)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: SM, KM

    Konvenut: mBank S.A.

    Fil-preżenza ta’: Rzecznik Finansowy

    Dispożittiv

    L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest tal-annullament sħiħ ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju konkluż ma’ konsumatur minn istituzzjoni bankarja, minħabba li dan il-kuntratt ikun jinkludi klawżola inġusta li mingħajrha ma jkunx jista’ jibqa’ jeżisti:

    huma jipprekludu l-interpretazzjoni ġurisprudenzjali tad-dritt nazzjonali li tgħid li l-eżerċizzju tad-drittijiet li dan il-konsumatur jislet minn din id-direttiva huwa suġġett għall-preżentazzjoni, mill-imsemmi konsumatur, quddiem qorti, ta’ dikjarazzjoni li permezz tagħha huwa jafferma, l-ewwel nett, li ma jagħtix il-kunsens tiegħu li din il-klawżola tinżamm, it-tieni nett, li għandu għarfien, minn naħa, tal-fatt li n-nullità tal-imsemmija klawżola timplika l-annullament tal-imsemmi kuntratt kif ukoll, min-naħa l-oħra, tal-konsegwenzi ta’ dan l-annullament u, it-tielet nett, li jagħti l-kunsens tiegħu għall-annullament tal-istess kuntratt;

    huma jipprekludu li t-tpaċija mitluba mill-konsumatur ikkonċernat għall-ħlas lura tas-somom li huwa ħallas b’eżekuzzjoni tal-kuntratt inkwistjoni titnaqqas bl-ammont ekwivalenti għall-interessi li din l-istituzzjoni bankarja kienet tirċievi li kieku dan il-kuntratt baqa’ fis-seħħ.


    (1)   ĠU C 284, 25.7.2022.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/919/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top