EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0703
Case T-703/21: Action brought on 2 November 2021 — Zielonogórski Klub Żużlowy Sportowa v EUIPO — Falubaz Polska (FALUBAZ)
Kawża T-703/21: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2021 – Zielonogórski Klub Żużlowy Sportowa vs EUIPO – Falubaz Polska (FALUBAZ)
Kawża T-703/21: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2021 – Zielonogórski Klub Żużlowy Sportowa vs EUIPO – Falubaz Polska (FALUBAZ)
OJ C 11, 10.1.2022, p. 33–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 11/33 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2021 – Zielonogórski Klub Żużlowy Sportowa vs EUIPO – Falubaz Polska (FALUBAZ)
(Kawża T-703/21)
(2022/C 11/46)
Lingwa tar-rikors: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Zielonogórski Klub Żużlowy Sportowa S.A. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentant: T. Grucelski, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Falubaz Polska S.A. spółka komandytowo-akcyjna (Zielona Góra)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “FALUBAZ” – Trade mark tal-Unjoni Nru 14 535 835
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Awwissu 2021 fil-Każ R 1681/2020-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha; |
— |
tikkundana lill-parti li titlef il-kawża tħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll l-ispejjeż indispensabbli esposti mir-rikorrenti b’rabta mal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO; |
— |
fil-każ li jkun hemm partijiet intervenjenti fil-kawża, dawn għandhom jiġu ordnati jħallsu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
Motiv invokat
— |
Ksur tar-regoli dwar evalwazzjoni libera tal-provi permezz ta’ evalwazzjoni arbitrarja tal-provi miksuba. |
— |
Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (1) (attwalment l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament). |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78, p. 1)