Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0696

Kawża T-696/21: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2021 – Les Bordes Golf International vs EUIPO – Mast- Jägermeister (LES BORDES)

ĠU C 2, 3.1.2022, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/46


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2021 – Les Bordes Golf International vs EUIPO – Mast- Jägermeister (LES BORDES)

(Kawża T-696/21)

(2022/C 2/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Les Bordes Golf International (Saint-Laurent-Nouan, Franza) (rappreżentant: M. Maier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mas-Jägermeister SE (Wolfenbüttel, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni “LES BORDES” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 082 876

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 67/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tistabbilixxi mill-ġdid id-deċiżjoni tas-17 ta’ April 2020 tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni fl-Oppożizzjoni Nru B 3 094 876; u

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra jħallsu l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top