Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0560

    Kawża T-560/21: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2021 – TB vs ENISA

    ĠU C 481, 29.11.2021, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 481/30


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2021 – TB vs ENISA

    (Kawża T-560/21)

    (2021/C 481/43)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: TB (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

    Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Għażla tal-ENISA sabiex ma tqegħidx isem ir-rikorrenti fil-lista tal-kandidati li għaddew għall-pożizzjoni kariga ta’ Kap ta’ Diviżjoni tal-Uffiċċju tad-Direttur Eżekuttiv (TA/AD 9) – Ref. ENISA-TA-70-AD-2020-04;

    tannulla d-deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Għażla tal-ENISA sabiex ma tqegħidx isem ir-rikorrenti fil-lista tal-kandidati li għaddew għall-pożizzjoni kariga ta’ Kap ta’ Diviżjoni tas-Servizzi ta’ Sostenn għall-Impriżi (TA/AD 9) – Ref. ENISA-TA-71-AD-2020-05;

    tannulla wkoll, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tal-konvenuta tat-8 ta’ Ġunju 2021 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal kontra d-deċiżjonijiet fuq imsemmija;

    tordna l-kumpens tad-danni morali sostnuti mir-rikorrenti;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju tad-Direttur Eżekuttiv (EDO) u tas-Servizzi ta’ Sostenn għall-Impriżi (CSS) huma illegali, sa fejn jirriżultaw mid-deċiżjoni tal-5 ta’ Awwissu 2020 li tippubblika żewġ avviżi ta’ pożizzjonijiet vakanti għall-karigi ta’ Kap ta’ Diviżjoni EDO u ta’ Kap ta’ Diviżjoni CSS li huwa wkoll hija illegali.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti tad-deċiżjonijiet EDO u CSS.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni EDO hija vvizzjata minn nuqqas ta’ imparzjalità tal-Bord tal-Għażla u minn illegalità – ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u ksur tal-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tal-ENISA MB/2013/6.


    Top