This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0117
Case T-117/21: Action brought on 18 February 2021 — Deichmann v EUIPO — Munich (Device of two crossed stripes placed on the side of a shoe)
Kawża T-117/21: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2021 – Deichmann vs EUIPO – Munich (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ strixxi li jinkroċjaw fuq il-ġenb ta’ żarbun)
Kawża T-117/21: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2021 – Deichmann vs EUIPO – Munich (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ strixxi li jinkroċjaw fuq il-ġenb ta’ żarbun)
ĠU C 128, 12.4.2021, p. 50–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/50 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2021 – Deichmann vs EUIPO – Munich (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ strixxi li jinkroċjaw fuq il-ġenb ta’ żarbun)
(Kawża T-117/21)
(2021/C 128/64)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Deichmann, SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Munich, SL (La Torre de Claramunt, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ strixxi inkroċjati fuq il-ġenb ta’ żarbun – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 923 852
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2020 fil-Każ R 2882/2019-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem l-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |