Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0334

Kawża T-334/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2022 – Mendes de Almeida vs Il-Kunsill (“Servizz pubbliku – Ħatra tal-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew – Ħatra ta’ wieħed mill-kandidati nnominati mill-Portugall – Assenza ta’ tilwima bejn l-Unjoni u wieħed mill-membri tal-persunal tagħha fil-limiti u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Artikolu 270 TFUE – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”)

ĠU C 303, 8.8.2022, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/47


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2022 – Mendes de Almeida vs Il-Kunsill

(Kawża T-334/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Ħatra tal-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew - Ħatra ta’ wieħed mill-kandidati nnominati mill-Portugall - Assenza ta’ tilwima bejn l-Unjoni u wieħed mill-membri tal-persunal tagħha fil-limiti u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Artikolu 270 TFUE - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”)

(2022/C 303/60)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Ana Carla Mendes de Almeida (Sobreda, il-Portugall) (rappreżentanti: R. Leandro Vasconcelos, M. Marques de Carvalho u P. Almeida Sande, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Pleśniak u J. Gil, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1117 tas-27 ta’ Lulju 2020 li taħtar il-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ĠU 2020, L 244, p. 18), sa fejn taħtar lil José Eduardo Moreira Alves de Oliveira Guerra bħala Prosekutur Ewropew tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Marzu 2021 li tiċħad l-ilment tagħha mressaq fl-10 ta’ Frar 2021 kontra d-deċiżjoni kkontestata.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ana Carla Mendes de Almeida hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 320, 9.8.2021.


Top