Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0075

    Kawża T-75/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2021 – Mendes de Almeida vs Il-Kunsill (“Rikors għal annullament – Dritt istituzzjonali – Kooperazzjoni msaħħa fir-rigward tal-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew – Regolament (UE) 2017/1939 – Ħatra tal-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew – Ħatra ta’ wieħed mill-kandidati nnominati mill-Portugall – Terminu għall-preżentata tar-rikors – Bidu tad-dekorrenza – Inammissibbiltà”)

    ĠU C 338, 23.8.2021, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 338/23


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2021 – Mendes de Almeida vs Il-Kunsill

    (Kawża T-75/21) (1)

    (“Rikors għal annullament - Dritt istituzzjonali - Kooperazzjoni msaħħa fir-rigward tal-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew - Regolament (UE) 2017/1939 - Ħatra tal-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew - Ħatra ta’ wieħed mill-kandidati nnominati mill-Portugall - Terminu għall-preżentata tar-rikors - Bidu tad-dekorrenza - Inammissibbiltà”)

    (2021/C 338/30)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrent: Ana Carla Mendes de Almeida (Sobreda, il-Portugall) (rappreżentanti: R. Leandro Vasconcelos u M. Marques de Carvalho, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Pleśniak, R. Meyer, K. Kouri u J. Gil, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1117 tas-27 ta’ Lulju 2020 li taħtar il-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ĠU 2020, L 244, p. 18), sa fejn din taħtar lil Moreira Alves d’Oliveira Guerra Prosekutur Ewropew tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew bħala membru tal-persunal temporanju bil-grad AD 13 għal perijodu ta’ tliet snin mid-29 ta’ Lulju 2020 li ma jistax jiġġedded.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal proċedura mħaffa.

    3)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba inċidentali mressqa mill-Kunsill.

    4)

    Ana Carla Mendes de Almeida hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 128, 12.4.2021.


    Top