Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0611

    Kawża T-611/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – ADS L. Kowalik, B. Włodarczyk vs EUIPO – ESSAtech (Aċċessorju għal apparat ta’ kontroll mill-bogħod mingħajr fili) (“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta aċċessorju għal apparat ta’ kontroll mill-bogħod mingħajr fili – Raġuni ta’ invalidità – Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott esklużivament iddettati mill-funzjoni teknika tiegħu – Artikolu 8(1) u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Fatti invokati jew provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 6/2002 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 41(1) u (2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea”)

    ĠU C 45, 6.2.2023, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 45/16


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – ADS L. Kowalik, B. Włodarczyk vs EUIPO – ESSAtech (Aċċessorju għal apparat ta’ kontroll mill-bogħod mingħajr fili)

    (Kawża T-611/21) (1)

    (“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta aċċessorju għal apparat ta’ kontroll mill-bogħod mingħajr fili - Raġuni ta’ invalidità - Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott esklużivament iddettati mill-funzjoni teknika tiegħu - Artikolu 8(1) u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Fatti invokati jew provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 6/2002 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 41(1) u (2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea”)

    (2023/C 45/24)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: ADS L. Kowalik, B. Włodarczyk s.c. (Sosnowiec, il-Polonja) (rappreżentant: M. Oleksyn, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Chylińska u J. Ivanauskas, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: ESSAtech (Přistoupim, ir-Repubblika Ċeka)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-5 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1070/2020-3).

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjon Ewropea (EUIPO) tal-5 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1070/2020-3) hija annullata.

    2)

    L-EUIPO hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest kemm tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell kif ukoll tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.


    (1)  ĠU C 502, 3.12.2021.


    Top