Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0415

    Kawża T-415/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Banca Popolare di Bari vs Il-Kummissjoni (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Taljani lil Banca Tercas – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Preskrizzjoni – Dannu kontinwu – Inammissibbiltà parzjali – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li għandha l-għan li tagħti drittijiet lil individwi – Rabta kawżali”)

    ĠU C, C/2024/1690, 4.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1690/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1690/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje C


    C/2024/1690

    4.3.2024

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Banca Popolare di Bari vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-415/21) (1)

    (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Taljani lil Banca Tercas - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Preskrizzjoni - Dannu kontinwu - Inammissibbiltà parzjali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li għandha l-għan li tagħti drittijiet lil individwi - Rabta kawżali”)

    (C/2024/1690)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Banca Popolare di Bari SpA (Bari, l-Italja) (rappreżentanti: A. Zoppini, G. M. Roberti, I. Perego, G. Parisi u D. Gallo, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, I. Barcew, A. Bouchagiar u D. Recchia, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE, ir-rikorrenti titlob kumpens għad-danni li hija allegatament ġarrbet wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1208 tat-23 ta’ Diċembru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39451 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Italja favur Banca Tercas (ĠU 2016, L 203, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Banca Popolare di Bari SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)   ĠU C 401, 4.10.2021.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1690/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top