Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0401

Kawża T-401/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – KN vs Il-Parlament (“Dritt istituzzjonali – Membru tal-KESE – Proċedura ta’ kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-KESE għas-sena finanzjarja 2019 – Riżoluzzjoni tal-Parlament li tindika lir-rikorrent bħala l-awtur ta’ aġir ta’ fastidju psikoloġiku – Rikors għal annullament – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà – Rikors għad-danni – Protezzjoni tad-data personali – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Obbligu ta’ kunfidenzjalità – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Proporzjonalità – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”)

ĠU C 35, 30.1.2023, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – KN vs Il-Parlament

(Kawża T-401/21) (1)

(“Dritt istituzzjonali - Membru tal-KESE - Proċedura ta’ kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-KESE għas-sena finanzjarja 2019 - Riżoluzzjoni tal-Parlament li tindika lir-rikorrent bħala l-awtur ta’ aġir ta’ fastidju psikoloġiku - Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Protezzjoni tad-data personali - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Obbligu ta’ kunfidenzjalità - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Proporzjonalità - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”)

(2023/C 35/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: KN (rappreżentanti: M. Casado García-Hirschfeld u M. Aboudi, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Crowe, C. Burgos u M. Allik, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew (UE, Euratom) 2021/1552 tat-28 ta’ April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ĠU 2021, L 340, p. 140), u tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew (UE) 2021/1553 tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ĠU 2021, L 340, p. 141), u, min-naħa l-oħra, abbażi tal-Artikolu 268 TFUE, kumpens għad-dannu li huwa sofra minħabba l-atti kkontestati.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

KN huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 338, 23.8.2021.


Top