Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0366

    Kawża T-366/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2023 – Coinbase vs EUIPO – bitFlyer (coinbase) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali coinbase – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

    ĠU C 179, 22.5.2023, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 179/29


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2023 – Coinbase vs EUIPO – bitFlyer (coinbase)

    (Kawża T-366/21) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali coinbase - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

    (2023/C 179/40)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Coinbase (Oakland, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: bitFlyer Inc. (Tokyo, il-Ġappun)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ April 2021 (Każ R 1751/2020-4).

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ April 2021 (Każ R 1751/2020-4) hija annullata.

    2)

    L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 338, 23.8.2021.


    Top