This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TA0119
Case T-119/21: Judgment of the General Court of 27 April 2022 — Ramazazni Shadary v Council (Common foreign and security policy — Restrictive measures taken in view of the situation in the Democratic Republic of the Congo — Freezing of funds — Restriction on admission to the territories of the Member States — Retention of the applicant’s name on the lists of persons covered — Right to be heard — Proof that inclusion and retention on the lists is well founded — Manifest error of assessment — Continuation of the factual and legal circumstances which led to the adoption of the restrictive measures)
Kawża T-119/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2022 – Ramazani Shadary vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Restrizzjoni fil-qasam tal-ammissjoni fit-territorji tal-Istati Membri – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati – Dritt għal smigħ – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fil-listi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi”)

ĠU C 244, 27.6.2022, p. 34–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 244, 27.6.2022, p. 33–33
(GA)
27.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 244/34 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2022 – Ramazani Shadary vs Il-Kunsill
(Kawża T-119/21) (1)
(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjoni fil-qasam tal-ammissjoni fit-territorji tal-Istati Membri - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati - Dritt għal smigħ - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fil-listi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi”)
(2022/C 244/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Emmanuel Ramazani Shadary (Kinshasa, Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Lejeune, aġent)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2033 tal-10 ta’ Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2020, L 419, p. 30), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2020 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2020, L 419, p. 5), sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Emmanuel Ramazani Shadary huwa kkundannat għall-ispejjeż. |