Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0491

    Kawża C-491/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fl-10 ta’ Awwissu 2021 – WA vs Direcţia pentru Evidenţa Persoanelor şi Administrarea Bazelor de Date din Ministerul Afacerilor Interne

    ĠU C 481, 29.11.2021, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 481/18


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fl-10 ta’ Awwissu 2021 – WA vs Direcţia pentru Evidenţa Persoanelor şi Administrarea Bazelor de Date din Ministerul Afacerilor Interne

    (Kawża C-491/21)

    (2021/C 481/23)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: WA

    Konvenut: Direcţia pentru Evidenţa Persoanelor şi Administrarea Bazelor de Date din Ministerul Afacerilor Interne

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 26(2) TFUE, l-Artikolu 20, l-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 45(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix il-ħruġ ta’ karta tal-identità, li tkun tista’ tintuża bħala dokument għall-ivvjaġġar fl-Unjoni Ewropea, lil ċittadin ta’ Stat Membru bħala riżultat tal-istabbiliment tad-domiċilju tiegħu fi Stat Membru ieħor?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.


    Top