Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0296

    Kawża C-296/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fis-7 ta’ Mejju 2021 – A

    ĠU C 289, 19.7.2021, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 289/30


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fis-7 ta’ Mejju 2021 – A

    (Kawża C-296/21)

    (2021/C 289/42)

    Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

    Qorti tar-rinviju

    Korkein hallinto-oikeus

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: A

    Konvenuti: Helsingin poliisilaitos u Poliisihallitus

    Domanda preliminari

    Meta jkun hemm trasferiment fl-Unjoni ta’ armi tan-nar iddiżattivati u meta jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess ta’ armi (90/477/KEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 11, p. 3, rettifika fil-ĠU 2020, L 191, p. 5), kif emendata bid-Direttiva 2008/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 li temenda d-Direttiva 91/477/KEE dwar il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess ta’ l-armi (1) u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 tal-15 ta’ Diċembru 2015 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment (2), b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament:

    a)

    korp ta’ verifika b’ċertifikazzjoni minn awtorità nazzjonali li jkun ħareġ ċertifikat ta’ diżattivazzjoni jista’ jitqies bħala korp fis-sens tad-Direttiva 90/477 u tal-Artikoli 3 u 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2403, anki jekk ma jkunx fil-lista ppubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3(3), sakemm diversi awtoritajiet tal-imsemmi Stat Membru informaw lill-persuna li ttrasferiet l-armi li l-korp ta’ verifika, li għandu l-forma legali ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata u li ħareġ iċ-ċertifikat, huwa awtorizzat li jagħmel dan taħt ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2403, u

    b)

    evidenza oħra ta’ korp ta’ verifika maħtur minn Stat Membru għad-diżattivazzjoni ta’ armi, minbarra dik imdaħħla fil-lista ppubblikata fuq is-sit tal-Kummissjoni fis-sens tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2403, tista’ wkoll tiġi prodotta minn awtorità nazzjonali, sabiex iċ-ċertifikat ta’ diżattivazzjoni maħruġ minn dan il-korp ta’ verifika jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2403, li Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċertifikat ta’ diżattivazzjoni maħruġ fi Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2403?


    (1)  ĠU 2008, L 179, p. 5.

    (2)  ĠU 2015, L 333, p. 62, rettifika fil-ĠU 2016, L 202, p. 56.


    Top