Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0291

    Kawża C-291/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (Il-Belġju) fis-7 ta’ Mejju 2021 – Starkinvest SRL

    ĠU C 278, 12.7.2021, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 278/35


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (Il-Belġju) fis-7 ta’ Mejju 2021 – Starkinvest SRL

    (Kawża C-291/21)

    (2021/C 278/49)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de première instance de Liège

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Starkinvest SRL

    Domandi preliminari

    1)

    Deċiżjoni ġudizzjarja mogħtija li tikkundanna lil parti għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità f’każ ta’ ksur ta’ ordni ta’ waqfien tikkostitwixxi deċiżjoni li teżiġi li d-debitur iħallas il-pretensjoni tal-kreditur fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbixxi proċedura ta’ Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f’materji ċivili u kummerċjali (1)?

    2)

    Deċiżjoni ġudizzjarja li tikkundanna lil parti għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità, għalkemm eżegwibbli fil-pajjiż ta’ oriġini, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “deċiżjoni” fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 655/2014 fejn ma jkunux ġew finalment determinati konformement mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 1215/12 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (2)?


    (1)  ĠU 2014, L 189, p. 59.

    (2)  ĠU 2012, L 351, p. 1.


    Top