Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0216

    Kawża C-216/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Ploieşti (ir-Rumanija) fis-6 ta’ April 2021 – Asociaţia “Forumul Judecătorilor din România”, YN vs Consiliul Superior al Magistraturii

    ĠU C 320, 9.8.2021, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 320/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Ploieşti (ir-Rumanija) fis-6 ta’ April 2021 – Asociaţia “Forumul Judecătorilor din România”, YN vs Consiliul Superior al Magistraturii

    (Kawża C-216/21)

    (2021/C 320/17)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Ploieşti

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Asociaţia “Forumul Judecătorilor din România”, YN

    Konvenut: Consiliul Superior al Magistraturii

    Domandi preliminari

    1)

    Il-mekkaniżmu għall-kooperazzjoni u l-verifika (iktar ’il quddiem il-“MKV”), stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/928/KE tat-13 ta’ Diċembru 2006 dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-kooperazzjoni u l-verfika tal-progress fir-Rumanija sabiex jiġu indirizzati punti ta’ riferiment speċifiċi fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni (1), għandu jitqies bħala att adottat minn istituzzjoni tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, li jista’ jkun suġġett għal interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea? Il-kontenut, in-natura u l-applikazzjoni ratione temporis tal-MKV stabbilit bid-Deċiżjoni 2006/928 jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, iffirmat mir-Rumanija fil-Lussemburgu fil-25 ta’ April 2005? Ir-rekwiżiti fformulati fir-rapporti mfassla fil-kuntest tal-MKV huma vinkolanti għar-Rumanija?

    2)

    Il-prinċipju ta’ indipendenza tal-ġudikatura, stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’riferiment għall-Artikolu 2 TUE, jista’ jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll il-proċeduri għall-ħatra ta’ membri tal-ġudikatura fil-kariga?

    3)

    Dan il-prinċipju jinkiser bl-istabbiliment ta’ sistema ta’ promozzjoni lejn qorti superjuri bbażata esklużivament fuq evalwazzjoni sommarja tax-xogħol u tal-imġieba, imwettqa minn kummissjoni magħmula mill-president tal-qorti responsabbli għall-istħarriġ ġudizzjarju u tal-membri tagħha, li twettaq, minbarra l-evalwazzjoni perjodika tal-membri tal-ġudikatura, evalwazzjoni distinta oħra tal-membri tal-ġudikatura bil-ħsieb tal-promozzjoni tagħhom kif ukoll stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet meħuda minnhom?

    4)

    Il-prinċipju ta’ indipendenza tal-ġudikatura, stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’riferiment għall-Artikolu 2 TUE, jinkiser f’sitwazzjoni li fiha l-Istat Rumen ma jqisx il-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, billi jaċċetta l-MKV u r-rapporti tiegħu u jikkonforma magħhom għal iktar minn għaxar snin, u mbagħad mingħajr avviż minn qabel jibdel il-proċedura għall-promozzjoni ta’ membri tal-ġudikatura b’rwoli eżekuttivi, għall-kuntrarju tar-rakkomandazzjonijiet tal-MKV?


    (1)  ĠU 2007, L 142M, p. 825.


    Top