Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0108

    Kawża C-108/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Frar 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs NB

    ĠU C 391, 27.9.2021, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 391/3


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Frar 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs NB

    (Kawża C-108/21)

    (2021/C 391/04)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Köln

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Deutsche Lufthansa AG

    Konvenut: NB

    Domanda preliminari

    Strajk mill-impjegati tat-trasportatur tal-ajru stess imsejjaħ minn sindakat jikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1)?

    Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz tad-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Ġunju 2021.


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


    Top