This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0102
Case C-102/21: Request for a preliminary ruling from the Administrative Court, Autonomous Section for the Province of Bolzano (Italy) lodged on 18 February 2021 — KW v Autonomous Province of Bolzano
Kawża C-102/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht, Autonome Sektion für die Provinz Bozen (l-Italja) fit-18 ta’ Frar 2021 – KW vs Autonome Provinz Bozen
Kawża C-102/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht, Autonome Sektion für die Provinz Bozen (l-Italja) fit-18 ta’ Frar 2021 – KW vs Autonome Provinz Bozen
ĠU C 217, 7.6.2021, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht, Autonome Sektion für die Provinz Bozen (l-Italja) fit-18 ta’ Frar 2021 – KW vs Autonome Provinz Bozen
(Kawża C-102/21)
(2021/C 217/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht, Autonome Sektion für die Provinz Bozen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: KW
Konvenut: Autonome Provinz Bozen
Domandi preliminari
1) |
L-għajnuna awtorizzata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.32113 (2010/N) tal-25 ta’ Lulju 2012 għall-finanzjament ta’ 80 % tal-kostruzzjoni ta’ impjanti mikro tal-idroelettriku għall-finijiet tal-produzzjoni ta’ enerġija elettrika, minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, intiża sabiex tiġi kkonsmata minn chalets u refuġji li jinsabu f’żona ta’ muntanja għolja li l-konnessjoni tagħhom man-netwerk tal-elettriku ma tistax issir mingħajr sforz tekniku u finanzjarju adegwat, skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2016? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda: |
2.1) |
L-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ ta’ applikazzjoni abbużiva ta’ għajnuna, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta’ rkupru qabel ma l-awtoritajiet tal-Istat jieħdu miżuri? |
2.2) |
L-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat FUE sa fejn tippermetti li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, jew tista’ toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri? |