Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0621

    Kawża C-621/21, Intervyuirasht organ na DAB pri MS (Nisa’ vittmi ta’ vjolenza domestika): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Jannar 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – WS vs Intervyuirasht organ na Darzhavna agentsia za bezhantsite pri Ministerskia savet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Politika komuni fil-qasam tal-ażil – Direttiva 2011/95/UE – Kundizzjonijiet sabiex persuna tkun tista’ tibbenefika minn status ta’ refuġjat – Artikolu 2(d) – Raġunijiet għal persekuzzjoni – “Appartenenza għal grupp soċjali partikolari” – Artikolu 10(1)(d) – Atti ta’ persekuzzjoni – Artikolu 9(1) u (2) – Konnessjoni bejn ir-raġunijiet u l-atti ta’ persekuzzjoni, jew bejn ir-raġunijiet ta’ persekuzzjoni u l-assenza ta’ protezzjoni minn tali atti – Artikolu 9(3) – Atturi mhux statali – Artikolu 6(c) – Kundizzjonijiet għal protezzjoni sussidjarja – Artikolu 2(f) – “Dannu serju” – Artikolu 15(a) u (b) – Evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja – Artikolu 4 – Vjolenza kontra n-nisa abbażi tas-sess – Vjolenza domestika – Theddida ta’ “delitt fuq l-unur”)

    ĠU C, C/2024/1652, 4.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1652/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1652/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje C


    C/2024/1652

    4.3.2024

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Jannar 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – WS vs Intervyuirasht organ na Darzhavna agentsia za bezhantsite pri Ministerskia savet

    (KawżaC-621/21, Intervyuirasht organ na DAB pri MS (Nisa’ vittmi ta’ vjolenza domestika)) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Politika komuni fil-qasam tal-ażil - Direttiva 2011/95/UE - Kundizzjonijiet sabiex persuna tkun tista’ tibbenefika minn status ta’ refuġjat - Artikolu 2(d) - Raġunijiet għal persekuzzjoni - “Appartenenza għal grupp soċjali partikolari” - Artikolu 10(1)(d) - Atti ta’ persekuzzjoni - Artikolu 9(1) u (2) - Konnessjoni bejn ir-raġunijiet u l-atti ta’ persekuzzjoni, jew bejn ir-raġunijiet ta’ persekuzzjoni u l-assenza ta’ protezzjoni minn tali atti - Artikolu 9(3) - Atturi mhux statali - Artikolu 6(c) - Kundizzjonijiet għal protezzjoni sussidjarja - Artikolu 2(f) - “Dannu serju” - Artikolu 15(a) u (b) - Evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Artikolu 4 - Vjolenza kontra n-nisa abbażi tas-sess - Vjolenza domestika - Theddida ta’ “delitt fuq l-unur”)

    (C/2024/1652)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Administrativen sad Sofia-grad

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: WS

    Konvenut: Intervyuirasht organ na Darzhavna agentsia za bezhantsite pri Ministerskia savet

    fil-preżenza ta’: Predstavitelstvo na Varhovnia komisar na Organizatsiyata na obedinenite natsii za bezhantsite v Bulgaria

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    skont il-kundizzjonijiet prevalenti fil-pajjiż ta’ oriġini, jistgħu jitqiesu li jappartjenu għal “grupp soċjali partikolari”, bħala “raġuni għall-persekuzzjoni” li tista’ twassal għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat, kemm in-nisa ta’ dan il-pajjiż flimkien kif ukoll gruppi iktar ristretti ta’ nisa li jaqsmu karatteristika komuni addizzjonali.

    2)

    L-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2011/95

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    meta applikant jallega li jibża’ li jiġi ppersegwitat, fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, minn atturi mhux statali, ma huwiex neċessarju li tiġi stabbilita rabta bejn waħda mir-raġunijiet ta’ persekuzzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) ta’ din id-direttiva u tali atti ta’ persekuzzjoni, jekk tali rabta tista’ tiġi stabbilita bejn waħda minn dawn ir-raġunijiet ta’ persekuzzjoni u l-assenza ta’ protezzjoni minn dawn l-atti mill-atturi tal-protezzjoni, imsemmija fl-Artikolu 7(1) tad-direttiva msemmija.

    3)

    L-Artikolu 15(a) u b) tad-Direttiva 2011/95

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    l-kunċett ta’ “dannu serju” jkopri t-theddida reali għall-applikant li jinqatel, jew li jiġu imposti fuqu atti ta’ vjolenza minn membru tal-familja tiegħu jew tal-komunità tiegħu, minħabba l-allegat ksur ta’ regoli kulturali, reliġjużi jew tradizzjonali, u li għalhekk dan il-kunċett jista’ jwassal għar-rikonoxximent tal-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja, fis-sens tal-Artikolu 2(g) ta’ din id-direttiva.


    (1)   ĠU C 24, 17.01.2022.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1652/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top