EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0620

Kawża C-602/21, MOMTRADE RUSE: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Mejju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – MOMTRADE RUSE OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 132(1)(g) – Eżenzjoni tal-provvista ta’ servizzi marbuta mill-qrib mal-għajnuna u mas-sigurtà soċjali, ipprovduti minn organi rrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benessere soċjali mill-Istat Membru kkonċernat – Provvista ta’ servizzi pprovduti lil persuna mhux taxxabbli fi Stat Membru differenti minn dak tal-istabbiliment tal-fornitur – Evalwazzjoni tan-natura tal-benefiċċji u tal-kundizzjoni ta’ organizzazzjoni rrikonoxxuta bħala li għandha natura soċjali – Determinazzjoni tad-dritt nazzjonali rilevanti – Kunċett ta’ “Stat Membru kkonċernat”)

ĠU C 223, 26.6.2023, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Mejju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – MOMTRADE RUSE OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-602/21 (1), MOMTRADE RUSE)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(g) - Eżenzjoni tal-provvista ta’ servizzi marbuta mill-qrib mal-għajnuna u mas-sigurtà soċjali, ipprovduti minn organi rrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benessere soċjali mill-Istat Membru kkonċernat - Provvista ta’ servizzi pprovduti lil persuna mhux taxxabbli fi Stat Membru differenti minn dak tal-istabbiliment tal-fornitur - Evalwazzjoni tan-natura tal-benefiċċji u tal-kundizzjoni ta’ organizzazzjoni rrikonoxxuta bħala li għandha natura soċjali - Determinazzjoni tad-dritt nazzjonali rilevanti - Kunċett ta’ “Stat Membru kkonċernat”)

(2023/C 223/02)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MOMTRADE RUSE OOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 132(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

minn naħa, il-provvista ta’ servizzi soċjali pprovduti lil persuni fiżiċi li jirrisjedu fi Stat Membru differenti minn dak fejn il-fornitur ikun stabbilixxa s-sede tal-attività ekonomika tiegħu, tista’ tiġi eżentata skont din id-dispożizzjoni u, min-naħa l-oħra, li huwa irrilevanti f’dan ir-rigward li l-imsemmi fornitur irrikorra għal kumpannija stabbilita f’dan l-Istat Membru l-ieħor sabiex jikkuntattja lill-klijenti tiegħu.

2)

L-Artikolu 132(1)(g) tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2008/8;

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

meta kumpannija tipprovdi servizzi soċjali lil persuni fiżiċi li jirrisjedu fi Stat Membru differenti minn dak fejn din il-kumpannija tkun stabbilixxiet is-sede tal-attività ekonomika tagħha, in-natura ta’ dawn is-servizzi u l-karatteristiċi ta’ din il-kumpannija sabiex jiġi ddeterminat jekk l-imsemmija provvisti jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi […] marbuta mill-qrib ma’ l-assistenza u x-xogħol tas-sigurtà soċjali[…] minn korpi […] rikonoxxuti mill-Istat Membru konċernat bħala ddedikati għall-benessere soċjali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandhom jiġu eżaminati konformement mad-dritt, li jittrasponi d-Direttiva 2006/112, kif emendata, tal-Istat Membru fejn l-imsemmija kumpannija stabbilixxiet is-sede tal-attività ekonomika tagħha.

3)

L-Artikolu 132(1)(g) tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2008/8;

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-fatt li kumpannija li tipprovdi servizzi soċjali tkun irreġistrata ma’ organu pubbliku tal-Istat Membru ta’ tassazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi soċjali konformement mal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru huwa biżżejjed sabiex jitqies li din il-kumpannija taqa’ taħt il-kunċett ta’ “[korp rikonoxxut] mill-Istat Membru konċernat bħala ddedikati għall-benessere soċjali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, biss meta tali iskrizzjoni tkun suġġetta għall-verifika minn qabel mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tan-natura soċjali ta’ din il-kumpannija għall-finijiet tal-imsemmija dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 24, 17.01.2022.


Top