EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0596

Kawża C-596/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Nürnberg – il-Ġermanja) – A vs Finanzamt M (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 167 u 168 – Dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa – Prinċipju tal-projbizzjoni tal-frodi – Katina ta’ kunsinni – Rifjut tad-dritt għal tnaqqis fil-każ ta’ frodi – Persuna taxxabbli – It-tieni xerrej ta’ oġġett – Frodi li tirrigwarda parti mill-VAT dovuta waqt l-ewwel akkwist – Portata tar-rifjut tad-dritt għal tnaqqis)

ĠU C 24, 23.1.2023, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Nürnberg – il-Ġermanja) – A vs Finanzamt M

(Kawża C-596/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 167 u 168 - Dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa - Prinċipju tal-projbizzjoni tal-frodi - Katina ta’ kunsinni - Rifjut tad-dritt għal tnaqqis fil-każ ta’ frodi - Persuna taxxabbli - It-tieni xerrej ta’ oġġett - Frodi li tirrigwarda parti mill-VAT dovuta waqt l-ewwel akkwist - Portata tar-rifjut tad-dritt għal tnaqqis)

(2023/C 24/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Nürnberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: Finanzamt M

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 167 u 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat-13 ta’ Lulju 2010, moqrija fid-dawl tal-prinċipju tal-projbizzjoni tal-frodi,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

it-tieni xerrej ta’ oġġett jista’ jiġi rrifjutat il-benefiċċju tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-input imħallsa, għar-raġuni li huwa kien jaf jew kellu jkun jaf bl-eżistenza ta’ frodi tal-VAT imwettqa mill-bejjiegħ inizjali waqt l-ewwel bejgħ, anki jekk l-ewwel xerrej kellu, huwa wkoll, għarfien ta’ din il-frodi.

2)

L-Artikoli 167 u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE kif emendata bid-Direttiva 2010/45/UE, moqrija fid-dawl tal-prinċipju tal-projbizzjoni tal-frodi,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

it-tieni xerrej ta’ oġġett li, fi stadju qabel dan l-akkwist, kien is-suġġett ta’ tranżazzjoni frawdolenti li tirrigwarda parti biss mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li l-Istat għandu d-dritt li jiġbor, għandu jiġi rrifjutat id-dritt tiegħu għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa fl-intier tagħha meta dan kien jaf jew kellu jkun jaf li dan l-akkwist kien marbut ma’ frodi.


(1)  ĠU C 513, 20.12.2021.


Top