Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0348

    Kawża C-348/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra HYA, IP, DD, ZI, SS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Direttiva (UE) 2016/343 – Tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti għal proċess tiegħu waqt il-kors tal-proċeduri kriminali – Artikolu 8(1) – Dritt ta’ persuna akkużata li tkun preżenti waqt il-proċess tagħha – It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u l-Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għal smigħ xieraq u drittijiet tad-difiża – Interrogazzjoni tax-xhieda tal-prosekuzzjoni fl-assenza tal-persuna akkużata u tal-avukat tagħha fl-istadju ta’ qabel il-proċedura kriminali – Impossibbiltà ta’ smigħ tax-xhieda tal-prosekuzzjoni matul il-fażi ġudizzjarja ta’ din il-proċedura – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil qorti kriminali tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq id-depożizzjonijiet preċedenti tal-imsemmija xhieda)

    ĠU C 35, 30.1.2023, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 35/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra HYA, IP, DD, ZI, SS

    (Kawża C-348/21) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva (UE) 2016/343 - Tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti għal proċess tiegħu waqt il-kors tal-proċeduri kriminali - Artikolu 8(1) - Dritt ta’ persuna akkużata li tkun preżenti waqt il-proċess tagħha - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u l-Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għal smigħ xieraq u drittijiet tad-difiża - Interrogazzjoni tax-xhieda tal-prosekuzzjoni fl-assenza tal-persuna akkużata u tal-avukat tagħha fl-istadju ta’ qabel il-proċedura kriminali - Impossibbiltà ta’ smigħ tax-xhieda tal-prosekuzzjoni matul il-fażi ġudizzjarja ta’ din il-proċedura - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil qorti kriminali tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq id-depożizzjonijiet preċedenti tal-imsemmija xhieda)

    (2023/C 35/09)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Sofiyski gradski sad

    Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

    HYA, IP, DD, ZI, SS

    fil-preżenza ta’: Spetsializirana prokuratura.

    Dispożittiv

    L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali, moqri flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u l-Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, li tippermetti lil qorti nazzjonali, meta ma jkunx possibbli li ssir eżaminazzjoni ta’ xhud ta’ prosekuzzjoni matul il-fażi ġudizzjarja ta’ proċedura kriminali, tibbaża d-deċiżjoni tagħha li tiddeċiedi fuq il-ħtija jew l-innoċenza ta’ din il-persuna fuq id-depożizzjoni tal-imsemmi xhud miksuba waqt smigħ li seħħ quddiem mħallef waqt l-istadju ta’ qabel din il-proċedura, iżda mingħajr il-parteċipazzjoni tal-persuna akkużata jew tal-avukat tagħha, sakemm ma jkunx hemm raġuni serja li tiġġustifika n-nuqqas ta’ dehra ta’ xhud matul il-fażi ġudizzjarja tal-proċedura kriminali, li d-depożizzjoni ta’ dan ix-xhud ma tikkostitwixxix l-bażi unika jew determinanti ta’ kundanna tal-persuna akkużata u li jeżistu elementi kumpensatorji suffiċjenti sabiex jikkontrobilanċjaw id-diffikultajiet ikkawżati lil din il-persuna jew l-avukat tagħha minħabba l-fatt tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-imsemmija depożizzjoni.


    (1)  ĠU C 338, 23.8.2021.


    Top