This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0700
Case T-700/20: Action brought on 24 November 2020 — Schmid v EUIPO — Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Steirisches Kürbiskernöl g.g.A GESCHÜTZTE GEOGRAFISCHE ANGABE)
Kawża T-700/20: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2020 – Schmid vs EUIPO – Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Steirisches Kürbiskernöl g.g.A GESCHÜTZTE GEOGRAFISCHE ANGABE)
Kawża T-700/20: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2020 – Schmid vs EUIPO – Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Steirisches Kürbiskernöl g.g.A GESCHÜTZTE GEOGRAFISCHE ANGABE)
ĠU C 28, 25.1.2021, p. 61–62
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 28/61 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2020 – Schmid vs EUIPO – Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Steirisches Kürbiskernöl g.g.A GESCHÜTZTE GEOGRAFISCHE ANGABE)
(Kawża T-700/20)
(2021/C 28/91)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Gabriele Schmid (Halbenrain, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Ginzburg, Rechtsanwalt)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Graz, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Steirisches Kürbiskernöl g.g.A GESCHÜTZTE GEOGRAFISCHE ANGABE bil-kuluri blu, isfar, aħdar, abjad (krema) – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 108 454
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Settembru 2020 fil-Każ R 2186/2019-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(i) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |