Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0186

    Kawża T-186/20: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2020 – Chatwal vs EUIPO – Timehouse Capital (THE TIME)

    ĠU C 191, 8.6.2020, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 191/34


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2020 – Chatwal vs EUIPO – Timehouse Capital (THE TIME)

    (Kawża T-186/20)

    (2020/C 191/46)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Chatwal Hotels & Resorts LLC (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: N. Hine, Solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Timehouse Capital GmbH (Grasbrunn, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “THE TIME” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 614 471

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 2264/2018-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tirrifjuta l-oppożizzjoni;

    taċċetta l-applikazzjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO u/jew lill-parti l-oħra għall-ispejjeż imġarrba mir-rikorrenti.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top