This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0065
Case T-65/20: Action brought on 4 February 2020 — Kneissl Holding v EUIPO — LS 9 (KNEISSL)
Kawża T-65/20: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2020 – Kneissl Holding vs EUIPO – LS 9 (KNEISSL)
Kawża T-65/20: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2020 – Kneissl Holding vs EUIPO – LS 9 (KNEISSL)
ĠU C 103, 30.3.2020, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/34 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2020 – Kneissl Holding vs EUIPO – LS 9 (KNEISSL)
(Kawża T-65/20)
(2020/C 103/48)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Kneissl Holding GmbH (Ebbs, l-Awstrija) (rappreżentanti: O. Nilgen u A. Kockläuner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: LS 9 GmbH (München, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “KNEISSL” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 291 377
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 2265/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiddikjara li t-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Nru 291 377, “KNEISSL”, hija nulla fir-rigward tal-prodotti “basktijiet għall-affarijiet li jintużaw fil-ġinnasju (sport)” fil-klassi 18 kif ukoll għall-prodotti “ilbies tal-isport, ilbies għal skopijiet rikreattivi, ħwejjeġ li jilqgħu mit-temp; ilbiesi għas-silġ, qliezet għall-iskijjar; parkas għall-iskijjar, ħwejjeġ ta’ taħt, xedd ir-ras” fil-klassi 25 u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ nullità; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |