Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0050

    Kawża T-50/20: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2020 – PNB Banka vs BĊE

    ĠU C 114, 6.4.2020, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.4.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 114/11


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2020 – PNB Banka vs BĊE

    (Kawża T-50/20)

    (2020/C 114/10)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: PNB Banka AS (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: O. Behrends, lawyer)

    Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tad-19 ta’ Novembru 2019 li abbażi tagħha l-BĊE rrifjuta li jilqa’ t-talba sabiex l-amministratur ta’ PNB Banka jiġi ordnat jagħti aċċess għall-bank, għall-informazzjoni, għall-persunal u għar-riżorsi tiegħu;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE assuma b’mod żbaljat li t-talba ma kinitx taqa’ fil-kompetenzi tiegħu.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE kiser id-dritt tal-bank għal rimedju effettiv.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata kisret id-dritt tal-bank għal smigħ.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata kisret id-dritt tal-bank għal deċiżjoni motivata b’mod xieraq.

    5.

    Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ nemo auditur minħabba li l-ħatra tal-amministratur u l-interferenza fir-rappreżentanza tal-Bank mill-Bord tiegħu, bħala rappreżentant legali, huma dovuti għal aġir żbaljat tal-BĊE.


    Top