Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0033

Kawża T-33/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2020 – IE vs ECDC

ĠU C 103, 30.3.2020, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/32


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2020 – IE vs ECDC

(Kawża T-33/20)

(2020/C 103/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: IE (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2018;

tannulla d-deċiżjoni tas-7 ta’ Ottubru 2019, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tas-6 ta’ Ġunju 2019;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur, min-naħa tal-konvenut, tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 2.3 tar-Regola ta’ Implimentazzjoni Nru 20 tal-ECDC dwar l-evalwazzjoni tal-membri tal-persunal temporanju tal-ECDC.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-konvenut.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur, min-naħa tal-konvenut, tad-dmir ta’ premura.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur, min-naħa tal-konvenut, tad-dritt għal smigħ tar-rikorrent.


Top