Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0768

    Kawża T-768/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Standard International Management vs EUIPO – Asia Standard Management Services (The Standard) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea The Standard – Dikjarazzjoni ta’ revoka – Post tal-użu tat-trade mark – Reklami u offerti fuq il-bejgħ intiżi għall-konsumaturi tal-Unjoni – Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    ĠU C 359, 19.9.2022, p. 64–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 359/64


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Standard International Management vs EUIPO – Asia Standard Management Services (The Standard)

    (Kawża T-768/20) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea The Standard - Dikjarazzjoni ta’ revoka - Post tal-użu tat-trade mark - Reklami u offerti fuq il-bejgħ intiżi għall-konsumaturi tal-Unjoni - Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    (2022/C 359/77)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Standard International Management LLC (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, S. Wickenden, barrister, u M. Maier, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Asia Standard Management Services Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina)

    Suġġett

    Bir-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-27 ta’ Novembru 2020 (Każ R 828/2020-5).

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-27 ta’ Novembru 2020 (Każ R 828/2020-5) hija annullata fir-rigward tas-servizzi fil-Klassijiet 38, 39, 41, 43 u 44.

    2)

    L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk esposti minn Standard International Management LLC, inklużi dawk esposti għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


    (1)  ĠU C 62, 22.2.2021.


    Top