EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0636

Kawża T-636/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVÉDERM VOLUMA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVÉDERM VOLUMA – Ħlas tardiv tal-ispejjeż tar-rikors – Inammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 101(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 106(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 – Restitutio in integrum)

ĠU C 481, 29.11.2021, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVÉDERM VOLUMA)

(Kawża T-636/20) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVÉDERM VOLUMA - Ħlas tardiv tal-ispejjeż tar-rikors - Inammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 101(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 106(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 - Restitutio in integrum)

(2021/C 481/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dermavita Company S.a.r.l. (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: D. Todorov, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Allergan Holdings France SAS (Courbevoie, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Awwissu 2020 (Każ R 1016/2020-4), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Dermavita Company u Allergan Holdings France.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dermavita Company S.a.r.l. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 443, 21.12.2020.


Top