Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0466

    Kawża T-466/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – LF vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Remunerazzjoni – Allowance tal-espatrijazzjoni – Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Rifjut li tingħata l-allowance tal-espatrijazzjoni – Residenza abitwali – Funzjonijiet eżerċitati f’organizzazzjoni internazzjonali stabbilita fl-Istat ta’ impjieg”)

    ĠU C 452, 8.11.2021, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 452/36


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – LF vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-466/20) (1)

    (“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Rifjut li tingħata l-allowance tal-espatrijazzjoni - Residenza abitwali - Funzjonijiet eżerċitati f’organizzazzjoni internazzjonali stabbilita fl-Istat ta’ impjieg”)

    (2021/C 452/43)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: LF (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u A.-C. Simon, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju “tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Settembru 2019, li permezz tagħha l-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni ġie rrifjutat lir-rikorrent.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    LF huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 313, 21.9.2020.


    Top