Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0404

Kawża T-404/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Global Translation Solutions vs Il-Kummissjoni (“Kuntratti pubbliċi ta’ servizz – Proċedura ta’ sejħa għall-offerti – Servizzi ta’ traduzzjoni – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor – Kriterji ta’ għoti – Metodu ta’ evalwazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Trasparenza – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dmir ta’ premura – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

ĠU C 481, 29.11.2021, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Global Translation Solutions vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-404/20) (1)

(“Kuntratti pubbliċi ta’ servizz - Proċedura ta’ sejħa għall-offerti - Servizzi ta’ traduzzjoni - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Kriterji ta’ għoti - Metodu ta’ evalwazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Trasparenza - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dmir ta’ premura - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

(2021/C 481/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Global Translation Solutions ltd. (Valletta, Malta) (rappreżentant: C. Mifsud-Bonnici, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Katsimerou, L. André u M. Ilkova, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u li titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fl-ittra tas-17 ta’ April 2020, li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti għal-Lott Nru 22 (EN>MT) fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti TRAD 19 u li tagħti dan il-lott lil offerent ieħor, kif ukoll id-“deċiżjonijiet kollha relatati”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Global Translation Solutions ltd. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 297, 7.9.2020.


Top