Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0696

    Kawża C-696/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-21 ta’ Diċembru 2020 – B vs Dyrektor Izby Skarbowej w W.

    ĠU C 110, 29.3.2021, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 110/18


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-21 ta’ Diċembru 2020 – B vs Dyrektor Izby Skarbowej w W.

    (Kawża C-696/20)

    (2021/C 110/18)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Naczelny Sąd Administracyjny

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: B

    Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w W

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 41 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità jipprekludu l-applikazzjoni, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 25(2) tal-ustawa z dnia 11 marca 2004 r. o podatku od towarów i usług (il-Liġi tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar it-Taxxa fuq Oġġetti u Servizzi) għal tranżazzjonijiet ta’ akkwist intra-Komunitarju mwettqa mill-persuna taxxabbli,

    jekk diġà kienet ġiet applikata t-taxxa fuq dan l-akkwist fit-territorju tal-Istat Membru li fih tispiċċa l-merkanzija mix-xerrej tal-oġġetti ta’ din il-persuna taxxabbli,

    fejn ġie kkonstatat li l-aġir tal-persuna taxxabbli ma kienx relatat ma’ xi tip ta’ frodi tat-taxxa iżda kien ir-riżultat ta’ identifikazzjoni żbaljata ta’ provvisti fi tranżazzjonijiet f’katina u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT Pollakk ingħata minnha għal ħtiġijiet ta’ provvista nazzjonali u mhux intra-Komunitarja?


    (1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


    Top