Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex
Dokument 62020CN0614
Case C-614/20: Request for a preliminary ruling from the Tallinna Halduskohus (Estonia) lodged on 18 November 2020 — AS Lux Express Estonia v Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium
Kawża C-614/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Halduskohus (l-Estonja) fit-18 ta’ Novembru 2020 – AS Lux Express Estonia vs Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium
Kawża C-614/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Halduskohus (l-Estonja) fit-18 ta’ Novembru 2020 – AS Lux Express Estonia vs Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium
ĠU C 35, 1.2.2021, str. 40—41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/40 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Halduskohus (l-Estonja) fit-18 ta’ Novembru 2020 – AS Lux Express Estonia vs Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium
(Kawża C-614/20)
(2021/C 35/52)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Tallinna Halduskohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: AS Lux Express Estonia
Konvenut: Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium
Domandi preliminari
1) |
Għandu jkun ikkunsidrat, fil-każ li l-liġi timponi b’mod uniformi fuq kwalunkwe impriża privata li topera fit-territorju nazzjonali, bħala attività kummerċjali, servizz regolari tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq, bil-vjaġġaturi fuq l-ilma interni u bil-ferrovija, obbligu tat-trasport ta’ ċerti kategoriji ta’ passiġġieri mingħajr ħlas (tfal li għadhom ma laħqux l-età tal-iskola, minuri b’diżabbiltà taħt is-16-il sena, persuni b’diżabbiltà severa ta’ 16-il sena u iktar, persuni b’indeboliment viżiv serju, persuni li jakkumpanjaw il-persuni b’indeboliment viżiv qawwi jew serju, klieb gwida jew ta’ assistenza li jakkumpanjaw persuni b’diżabbiltà), li hemm obbligu ta’ servizz pubbliku fis-sens tal-Artikolu 2(e) u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70? |
2) |
Fil-każ ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku fis-sens tar-Regolament Nru 1370/2007, l-Istat Membru għandu d-dritt, bis-saħħa tal-Artikolu 4(1)(b)(i) tar-Regolament Nru 1370/2007, li jeskludi permezz ta’ liġi nazzjonali l-għoti ta’ kumpens lit-trasportatur għall-eżekuzzjoni ta’ tali obbligu? Fil-każ li l-Istat Membru jkollu d-dritt li jeskludi l-għoti ta 'kumpens lit-trasportatur, taħt liema kundizzjonijiet jista’ jagħmel dan? |
3) |
L-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 1370/2007 jippermetti wkoll l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament ta’ regoli ġenerali intiżi sabiex jiffissaw tariffi massimi għal kategoriji ta’ passiġġieri barra minn dawk intiżi minn din id-dispożizzjoni? L-obbligu ta’ komunikazzjoni lill-Kummissjoni previst fl-Artikolu 108 TFUE japplika wkoll meta r-regoli ġenerali li jiffissaw it-tariffi massimi ma jipprevedux l-għoti ta’ kumpens lit-trasportatur? |
4) |
Jekk ir-Regolament Nru 1370/2007 ma japplikax f’dan il-każ, il-kundanna għall-għoti ta’ kumpens tista’ tkun ibbażata fuq att ieħor tad-dritt tal-Unjoni (bħall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)? |
5) |
Il-kumpens li, skont il-każ, sejjer jingħata lit-trasportatur, liema kundizzjonijiet għandu jissodisfa sabiex jikkonforma mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat? |