Vælg de eksperimentelle funktioner, som du ønsker at prøve

Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex

Dokument 62020CN0536

    Kawża C-536/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (Il-Litwanja) fit-22 ta’ Ottubru 2020 – UAB “Tiketa” vs M. Š. u VšĮ “Baltic Music”

    ĠU C 19, 18.1.2021, s. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.1.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 19/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (Il-Litwanja) fit-22 ta’ Ottubru 2020 – UAB “Tiketa” vs M. Š. u VšĮ “Baltic Music”

    (Kawża C-536/20)

    (2021/C 19/26)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Appellant: UAB “Tiketa”

    Konvenuti: M. Š. u VšĮ “Baltic Music”

    Domandi preliminari

    1.

    Għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ “kummerċjant” kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83 (1) fis-sens li persuna li tintervjeni bħala intermedjarja waqt ix-xiri ta’ biljett [ta’ spettaklu] minn konsumatur tista’ titqies bħala kummerċjant, obbligata mill-obbligi li timponi d-Direttiva 2011/83, u għalhekk bħala parti għall-kuntratt ta’ bejgħ jew ta’ servizzi, li mingħandha l-konsumatur jista’ jsostni d-drittijiet tiegħu, li għaliha huwa jista’ jindirizza lmenti u kontra min huwa jista’ jressaq azzjoni ġudizzjarja?

    1.1.

    Il-kwistjoni ta‘ jekk il-persuna li tintervjeni bħala intermedjarja waqt ix-xiri ta’ biljett, ipprovdut, qabel ma l-konsumatur ma jkun marbut mill-kuntratt mill-bogħod, l-informazzjoni kollha fir-rigward tal-kummerċjant prinċipali taħt forma ċara u kumprensiva, kif jeħtieġ l-Artikolu 6(1)(c) u (d) tad-Direttiva 2011/83, għandha effett fuq l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “kummerċjant” kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83?

    1.2.

    Għandu jitqies li l-intermedjarju ta l-konjizzjoni tal-kwalità tiegħu ta’ intermedjarju meta l-persuna li tipparteċipa fil-proċess ta’ bejgħ tal-biljett indikat, qabel ma l-konsumatur ma jkun marbut bil-kuntratt mill-bogħod, l-isem tal-kummerċjant prinċipali, il-forma legali tiegħu, li dan tal-aħħar iġib ir-responsabbiltà sħiħa tal-avveniment, tal-kwalità tiegħu, tal-kontenut tiegħu u tal-informazzjoni relatata miegħu, u li huwa jaġixxi huwa stess biss fil-kwalità ta’ distributur tal-biljetti u huwa intermedjarju li jispikka?

    1.3.

    Jista’ jiġi interpretat il-kunċett ta’ “kummerċjant” kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83 fis-sens li, fejn ir-relazzjonijiet legali ta’ provvista ta’ servizz doppju (distribuzzjoni ta’ biljetti u organizzazzjoni ta’ avveniment) stabbiliti bejn il-partijiet, il-bejjiegħ tal-biljett u l-organizzatur tal-avveniment jistgħu jiġu rikonoxxuti ż-żewġ kwalitajiet ta’ kummerċjant, jiġifieri ta’ parti għal kuntratt ta’ konsum?

    2.

    Għandu jiġi interpretat u applikat ir-rekwiżit li tiġi pprovduta ċerta informazzjoni lill-konsumatur u li din l-informazzjoni tiġi riformulata f’lingwa ċara u komprensibbli ddikjarata fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/83 fis-sens li l-obbligu li jiġi infurmat il-konsumatur huwa meqjus bħal li ġie debitament eżegwit meta l-informazzjoni hija pprovduta fil-kundizzjonijiet ġenerali ta’ provvista ta’ servizzi mill-intermedjarju, li tiegħu il-konsumatur jieħu konjizzjoni fuq is-sit internet tiketa.lt, u jikkonferma, qabel ir-regolament, permezz ta’ “clicwrap”, jiġifieri b’mod attiv, billi jiċċekkja onlajn, il-każ previst għal dan l-effett u billi jiklikkja fuq il-link korrispondenti, li ħa konjizzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ provvista ta’ servizzi mill-intermedjarju u billi jobbliga ruħu li josservahom bħala li jifformaw parti mill-klawżoli kuntrattwali?

    2.1.

    Il-fatt li din l-informazzjoni ma ġietx ipprovduta fuq support durabbli u li l-konsumatur ma ngħatax, sussegwentement, konferma tal-kuntratt konkluż fuq support durabbli, li inkluda l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2011/83, kif jeħtieġ l-Artikolu 8(7) tad-Direttiva 2011/83, għandu effett fuq l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-rekwiżit imsemmi fid-domanda 2?

    2.2.

    Din l-informazzjoni, ipprovduta fil-kundizzjonijiet ġenerali ta’ provvista ta’ servizzi mill-intermedjarju, hijiex parti integrali mill-kuntratt mill-bogħod skont l-Artikolu 6(5) tad-Direttiva 2011/83 għalkemm din l-informazzjoni ma ngħatatx fuq support durabbli u/jew li l-konsumatur ma ngħatax konferma tal-kuntratt konkluż fuq support durabbli sussegwentement?


    (1)  Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011, L 304, p. 64).


    Op