Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0534

    Kawża C-534/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Ottubru 2020 – Leistritz AG vs LH

    ĠU C 28, 25.1.2021, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 28/22


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Ottubru 2020 – Leistritz AG vs LH

    (Kawża C-534/20)

    (2021/C 28/34)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesarbeitsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Leistritz AG

    Konvenut: LH

    Domandi preliminari

    1)

    It-tieni sentenza tal-Artikolu 38(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħalma huwa f’dan il-każ l-Artikolu 38(1) u (2) ikkunsidrat flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(4) tal-Bundesdatenschutzgesetz (il-Liġi Federali dwar il-Protezzjoni tad-Data), li tipprovdi li huwa inammissibbli x-xoljiment ordinarju tar-relazzjoni ta’ xogħol tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data mill-kontrollur, li jkun il-persuna li timpjega lil dan l-uffiċjal, u dan irrispettivament minn jekk dan ix-xoljiment ikunx dovut jew le għat-twettiq tal-kompiti tiegħu?

    Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

    2)

    It-tieni sentenza tal-Artikolu 38(3) tar-Regolament 2016/679 tipprekludi wkoll tali dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali meta l-ħatra tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data ma tkunx obbligatorja taħt l-Artikolu 37(1) ta’ dan ir-regolament iżda tkun meħtieġa biss bis-saħħa tad-dritt tal-Istat Membru?

    Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

    3)

    It-tieni sentenza tal-Artikolu 38(3) tar-Regolament 2016/679 hija bbażata fuq bażi legali suffiċjenti, b’mod partikolari sa fejn tkopri l-uffiċjali tal-protezzjoni tad-data li jkollhom relazzjoni ta’ xogħol mal-kontrollur?


    (1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


    Top