Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0426

    Kawża C-426/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Braga, Juízo do Trabalho de Barcelos (il-Portugall) fl-10 ta’ Settembru 2020 – GD, ES vs Luso Temp – Empresa de Trabalho Temporário, S.A.

    ĠU C 423, 7.12.2020, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 423/27


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Braga, Juízo do Trabalho de Barcelos (il-Portugall) fl-10 ta’ Settembru 2020 – GD, ES vs Luso Temp – Empresa de Trabalho Temporário, S.A.

    (Kawża C-426/20)

    (2020/C 423/41)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Judicial da Comarca de Braga, Juízo do Trabalho de Barcelos

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: GD, ES

    Konvenuta: Luso Temp – Empresa de Trabalho Temporário, S.A.

    Domanda preliminari

    L-Artikoli 3(1)(f) u 5(1) tad-Direttiva 2008/104/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija, jipprekludu regola bħal dik li tirriżulta mil-Artikolu 185(6) tal-Código do Trabalho (il-Kodiċi tax-Xogħol) (approvat bil-Lei n.o7/2009 (il-Liġi Nru 7/2009) tat-12 ta’ Frar), li tipprevedi li l-ħaddiem temporanju permezz ta’ aġenzija dejjem għandu biss id-dritt għal-leave u l-allowances rispettivi proporzjonali għall-ħin tax-xogħol ipprovdut lill-impriża utenti anki meta jidħol fil-funzjonijiet tiegħu f’sena u jtemmhom sentejn jew iktar snin wara din id-data, meta għal ħaddiem ingaġġat direttament mil-impriża utenti u li jeżerċita l-istess funzjonijiet u għall-istess perijodu ta’ żmien tiġi applikata s-sistema ġenerali ta’ leave li tiggarantilu perijodu ta’ leave u allowance rispettiv ogħla peress li dawn ma jkunux proporzjonali għall-ħin tax-xogħol ipprovdut?


    (1)  ĠU 2008, L 327, p. 9.


    Top