Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0342

    Kawża C-342/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-23 ta’ Lulju 2020 – A SCPI

    ĠU C 339, 12.10.2020, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 339/6


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-23 ta’ Lulju 2020 – A SCPI

    (Kawża C-342/20)

    (2020/C 339/07)

    Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

    Qorti tar-rinviju

    Helsingin hallinto-oikeus

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: A SCPI

    Konvenuta: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

    Domanda preliminari

    L-Artikoli 49, 63 u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet legali nazzjonali li jipprovdu li huma biss fondi miftuħa ta’ investiment barranin stabbiliti f’forma kuntrattwali li jistgħu jitqiesu li huma ekwivalenti għal fondi ta’ investiment Finlandiżi eżentati mit-taxxa fuq id-dħul, b’tali mod li fondi ta’ investiment barranin li l-forma legali tagħhom ma hijiex stabbilita b’kuntratt huma suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn fil-Finlandja, minkejja li ma hemm ebda differenza oġġettiva sinjifikattiva oħra bejnhom u l-fondi ta’ investiment Finlandiżi?


    Top