Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0251

    Kawża C-251/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-10 ta’ Ġunju 2020 – Gtflix Tv vs DR

    ĠU C 297, 7.9.2020, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.9.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 297/28


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-10 ta’ Ġunju 2020 – Gtflix Tv vs DR

    (Kawża C-251/20)

    (2020/C 297/38)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour de cassation

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Gtflix Tv

    Konvenut: DR

    Domanda preliminari

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-persuna li, temmen li jkunu nkisrulha d-drittijiet tagħha permezz tat-tixrid tal-kummenti dispreġattivi fuq l-internet, tressaq azzjoni kemm għall-finijiet tar-rettifika tad-data iżda ukoll għat-tħassir tal-kontenut, kif ukoll għall-kumpens għad-dannu morali kif ukoll id-dannu materjali li jirriżultaw minnu, tista’ titlob quddiem il-qrati ta’ kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu kontenut li tqiegħed onlajn huwa jew kien aċċessibbli, kumpens għad-danni kkawżati fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, skont is-sentenza eDate Advertising (punti 51 u 52) [sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Ottubru 2011, Kawżi magħquda C-509/09 u C-161/10] jew inkella, skont is-sentenza Svensk Handel (punt 48) [sentenza tal-Qorti tas-17 ta’ Ottubru 2017, Kawża C-194/16], dik il-persuna għandha tressaq din it-talba għal kumpens quddiem il-qorti kompetenti biex tordna r-rettifika tad-data u t-tħassir tal-kummenti dispreġattivi?


    (1)  Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1)


    Top