This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0118
Case C-118/20: Request for a preliminary ruling from the Verwaltungsgerichtshof (Austria) lodged on 3 March 2020 — JY
Kawża C-118/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshofs (l-Awstrija) fit-3 ta’ Marzu 2020 – JY
Kawża C-118/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshofs (l-Awstrija) fit-3 ta’ Marzu 2020 – JY
ĠU C 209, 22.6.2020, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshofs (l-Awstrija) fit-3 ta’ Marzu 2020 – JY
(Kawża C-118/20)
(2020/C 209/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti fi “proċedura ta’ reviżjoni”: JY
Awtorità konvenuta: Wiener Landesregierung
Domandi preliminari
1. |
Is-sitwazzjoni ta’ persuna fiżika li, bħar-rikorrenti fi “proċedura ta’ reviżjoni” fil-kawża prinċipali, irrinunzjat għan-nazzjonalità tagħha ta’ Stat Membru wieħed tal-Unjoni, u bl-istess mod għaċ-ċittadinanza tagħha tal-Unjoni, sabiex tikseb in-nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor konformement mal-assigurazzjoni li din in-nazzjonalità, li hija talbet, ser tingħatalha, u li l-possibbiltà tagħha li tikseb mill-ġdid iċ-ċittadinanza tal-Unjoni hija sussegwentement eskluża permezz tar-revoka ta’ din l-assigurazzjoni, taqa’, fid-dawl tan-natura u tal-konsegwenzi tagħha, taħt id-dritt tal-Unjoni, b’tali mod li dan tal-aħħar għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għal dak li jirrigwarda ir-revoka tal-imsemmija assigurazzjoni? Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda: |
2. |
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inklużi, jekk ikun il-każ, il-qrati nazzjonali, għandhom jivverifikaw, fil-kuntest tad-deċiżjoni dwar ir-revoka tal-assigurazzjoni li tirrigwarda l-għoti tan-nazzjonalità tal-Istat Membru, jekk ir-revoka tal-assigurazzjoni li teskludi l-kisba mill-ġdid taċ-ċittadinanza tal-Unjoni hijiex, mill-perspettiva tad-dritt tal-Unjoni, kompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, fid-dawl tal-konsegwenzi tagħha għas-sitwazzjoni tal-persuna kkonċernata? |