Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0086

    Kawża C-86/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Brně (ir-Repubblika Ċeka) fit-18 ta’ Frar 2020 – Vinařství U Kapličky s.r.o. vs Státní zemědělská a potravinářská inspekce

    ĠU C 137, 27.4.2020, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.4.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 137/39


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Brně (ir-Repubblika Ċeka) fit-18 ta’ Frar 2020 – Vinařství U Kapličky s.r.o. vs Státní zemědělská a potravinářská inspekce

    (Kawża C-86/20)

    (2020/C 137/55)

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Krajský soud v Brně

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Vinařství U Kapličky s.r.o.

    Parti oħra fil-proċedura: Státní zemědělská a potravinářská inspekce

    Domandi preliminari

    1)

    Id-Dokument V I 1 maħruġ fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur ta’ l-inbid (1) li jinkludi ċertifikat minn organu awtorizzat ta’ pajjiż terz li juri li l-prodott sar billi ġew applikati prattiki enoloġiċi rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV (l-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dwieli u l-Inbid) jew prattiki permessi mill-Komunità, huwa sempliċement kundizzjoni amministrattiva għall-importazzjoni tal-inbid fit-territorju tal-Unjoni Ewropea?

    2)

    Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi l-prinċipju tad-dritt nazzjonali li persuna li tikkummerċjalizza nbid importat mill-Moldova tista’ tiġi eżentata minn responsabbiltà għal ksur amministrattiv li jikkonsisti fit-tqegħid fis-suq ta’ nbid li jkun ġie ssuġġettat għal prattiki enoloġiċi mhux awtorizzati fl-Unjoni Ewropea, jekk l-awtoritajiet nazzjonali ma jkunx irnexxielhom jeqilbu l-preżunzjoni fil-konfront ta’ din il-persuna li l-inbid sar billi ġew applikati prattiki enoloġiċi awtorizzati mill-Unjoni Ewropea, preżunzjoni li fuqha din il-persuna setgħet tistrieħ fid-dawl tad-Dokument V I 1 maħruġ mill-awtoritajiet Moldavi fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur ta’ l-inbid?


    (1)  ĠU 2008, L 170, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2010, L 343, p. 79 u fil-ĠU 2011, L 5, p. 28.


    Top