Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CB0198

    Kawża C-198/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie- Il-Polonja) – MN, DN, JN, ZN vs X Bank S.A. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Artikolu 2(b) – Kunċett ta’ “konsumatur” – Kreditu għal self ipotekarju indiċjat f’valuta barranija – Artikoli 3 u 4 – Evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola)

    ĠU C 357, 6.9.2021, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 357/4


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie- Il-Polonja) – MN, DN, JN, ZN vs X Bank S.A.

    (Kawża C-198/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 2(b) - Kunċett ta’ “konsumatur” - Kreditu għal self ipotekarju indiċjat f’valuta barranija - Artikoli 3 u 4 - Evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola)

    (2021/C 357/04)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: MN, DN, JN, ZN

    Konvenut: X Bank S.A.

    Fil-preżenza ta’: Rzecznik Praw Obywatelskich

    Dispożittiv

    Il-protezzjoni prevista mid-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandha tapplika għal kull konsumatur u mhux biss għal dak li jista’ jiġi kkunsidrat bħala “konsumatur medju li jitqies li huwa informat b’mod normali u li huwa attentiv u avżat b’mod raġonevoli”.


    (1)  ĠU C 304, 14.9.2020


    Top