Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0619

    Kawżi magħquda C-619/20 P u C-620/20P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 – International Management Group (IMG) vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Kooperazzjoni għall-iżvilupp – Implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni permezz ta’ ġestjoni indiretta minn organizzazzjoni internazzjonali – Deċiżjoni li kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit ma jibqgħux jiġu fdati lil entità minħabba dubji dwar il-kwalità tagħha ta’ organizzazzjoni internazzjonali – Rikors għal annullament – Eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament – Awtorità ta’ res judicata – Obbligi u setgħat tal-awtur tal-att annullat – Att preparatorju – Ammissibbiltà – Talba għad-danni – Dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Regolamenti Finanzjarji tal-Unjoni – Obbligu ta’ diliġenza – Eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dan l-obbligu – Eżami konkret każ b’każ – Dannu morali – Kumpens adegwat u suffiċjenti permezz tal-annullament tal-att illegali – Dannu materjali – Tilwima li ma hijiex fi stat li tiġi deċiża – Kawża mibgħuta lura lill-Qorti Ġenerali)

    ĠU C 424, 7.11.2022, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 424/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 – International Management Group (IMG) vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawżi magħquda C-619/20 P u C-620/20P) (1)

    (Appell - Kooperazzjoni għall-iżvilupp - Implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni permezz ta’ ġestjoni indiretta minn organizzazzjoni internazzjonali - Deċiżjoni li kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit ma jibqgħux jiġu fdati lil entità minħabba dubji dwar il-kwalità tagħha ta’ organizzazzjoni internazzjonali - Rikors għal annullament - Eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament - Awtorità ta’ res judicata - Obbligi u setgħat tal-awtur tal-att annullat - Att preparatorju - Ammissibbiltà - Talba għad-danni - Dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Regolamenti Finanzjarji tal-Unjoni - Obbligu ta’ diliġenza - Eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dan l-obbligu - Eżami konkret każ b’każ - Dannu morali - Kumpens adegwat u suffiċjenti permezz tal-annullament tal-att illegali - Dannu materjali - Tilwima li ma hijiex fi stat li tiġi deċiża - Kawża mibgħuta lura lill-Qorti Ġenerali)

    (2022/C 424/07)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellant: International Management Group (IMG) (rappreżentanti: J.-Y. de Cara u L. Levi, avocats)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u J. Norris, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Il-kawżi C-619/20 u C-620/20 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

    2)

    L-appell fil-Kawża C-619/20 P huwa miċħud.

    3)

    Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Settembru 2020, IMG vs Il-Kummissjoni (T-381/15 RENV, EU:T:2020:406), hija annullata inkwantu ċaħdet bħala infondata t-talba għal kumpens ta’ International Management Group (IMG) relatata mad-dannu li allegatament ġie kkawżat lilu mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma tibqax tikkonkludi miegħu ftehimiet ġodda ta’ delega b’ġestjoni indiretta, li tinsab fl-ittra ta’ dik l-istituzzjoni tat-8 ta’ Mejju 2015.

    4)

    Il-kumplament tal-appell fil-Kawża C-620/20 P huwa miċħud.

    5)

    Ir-rikors fil-Kawża T-381/15 RENV huwa miċħud inkwantu jirrigwarda t-talba għal kumpens tad-dannu morali li d-deċiżjoni msemmija fil-punt 3 ta’ dan id-dispożittiv ikkawżat lil International Management Group (IMG).

    6)

    Il-Kawża T-381/15 RENV hija rrinvijata lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi dwar it-talba msemmija fil-punt 3 ta’ dan id-dispożittiv, sa fejn tirrigwarda d-dannu materjali invokat minn International Management Group (IMG).

    7)

    International Management Group (IMG) huwa kkundannat għall-ispejjeż fil-Kawża C-619/20 P.

    8)

    L-ispejjeż huma rriżervati fil-Kawżi C-620/20 P u T-381/15 RENV.


    (1)  ĠU C 28, 25.1.2021.


    Top