Escolha as funcionalidades experimentais que pretende experimentar

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 62020CA0585

    Kawża C-585/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo n° 2 de Valladolid – Spanja) – BFF Finance Iberia S.A.U vs Gerencia Regional de Salud de la Junta de Castilla y León (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2011/7/UE – Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali – Irkupru minn awtorità pubblika ta’ dejn ittrasferit minn impriżi lil kumpannija ta’ rkupru – Kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru mġarrba mill-kreditur f’każ ta’ dewmien fil-ħlas mid-debitur – Artikolu 6 – Ammont fiss minimu ta’ EUR 40 – Tranżazzjonijiet bejn impriżi u awtoritajiet pubbliċi – Artikolu 4 – Proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità tal-prodotti jew tas-servizzi – Żmien għall-ħlas – Il-punt 8 tal-Artikolu 2 – Kunċett ta’ “ammont dovut” – Teħid inkunsiderazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-finijiet tal-kalkolu tal-interessi moratorji)

    ĠU C 472, 12.12.2022, p. 5—6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 472/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 2 de Valladolid – Spanja) – BFF Finance Iberia S.A.U vs Gerencia Regional de Salud de la Junta de Castilla y León

    (Kawża C-585/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2011/7/UE - Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali - Irkupru minn awtorità pubblika ta’ dejn ittrasferit minn impriżi lil kumpannija ta’ rkupru - Kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru mġarrba mill-kreditur f’każ ta’ dewmien fil-ħlas mid-debitur - Artikolu 6 - Ammont fiss minimu ta’ EUR 40 - Tranżazzjonijiet bejn impriżi u awtoritajiet pubbliċi - Artikolu 4 - Proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità tal-prodotti jew tas-servizzi - Żmien għall-ħlas - Il-punt 8 tal-Artikolu 2 - Kunċett ta’ “ammont dovut” - Teħid inkunsiderazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-finijiet tal-kalkolu tal-interessi moratorji)

    (2022/C 472/06)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado Contencioso-Administrativo no 2 deValladolid

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: BFF Finance Iberia S.A.U

    Konvenuta: Gerencia Regional de Salud de la Junta de Castilla y León

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    is-somma fissa minima ta’ EUR 40, bħala kumpens tal-kreditur għall-ispejjeż ta’ rkupru mġarrba minħabba ħlas tardiv tad-debitur, hija dovuta għal kull tranżazzjoni kummerċjali mhux imħallsa fil-ħin, iċċertifikata f’fattura, inkluż meta din il-fattura hija ppreżentata fost fatturi oħrajn f’ilment amministrattiv jew ġudizzjarju wieħed.

    2)

    L-Artikolu 4(3) sa (6) tad-Direttiva 2011/7

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, b’mod ġenerali, għat-tranżazzjonijiet kummerċjali kollha bejn impriżi u awtoritajiet pubbliċi, terminu ta’ ħlas ta’ tul massimu ta’ 60 jum kalendarju, inkluż meta dan it-terminu huwa kompost minn terminu inizjali ta’ 30 jum għal proċedura ta’ aċċettazzjoni jew ta’ verifika tal-konformità tal-prodotti jew tas-servizzi pprovduti mal-kuntratt, segwit b’terminu addizzjonali ta’ 30 jum għall-ħlas tal-prezz miftiehem.

    3)

    Il-punt 8 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/7

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    it-teħid inkunsiderazzjoni, bħala “ammont dovut” ddefinit f’din id-dispożizzjoni, tal-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud li jidher fuq il-fattura jew it-talba għal ħlas ekwivalenti, huwa indipendenti mill-kwistjoni ta’ jekk, fid-data li fiha seħħ id-dewmien fil-ħlas, il-persuna taxxabbli diġà ħallset dan l-ammont lit-Teżor pubbliku.


    (1)  ĠU C 53, 15.2.2021.


    Início