This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CA0285
Case C-285/20: Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 30 September 2021 (request for a preliminary ruling from the Centrale Raad van Beroep — Netherlands) — K v Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv) (Reference for a preliminary ruling — Regulation (EC) No 883/2004 — Article 65(2) and (5) — Scope — Wholly unemployed worker — Unemployment benefits — Worker who resides and pursues an activity as an employed person in the competent Member State — Transfer of his or her residence to another Member State — Person not actually pursuing an activity as an employed person in the competent Member State before becoming wholly unemployed — Person on sick leave and receiving, on that basis, sickness benefits paid by the competent Member State — Pursuit of an activity as an employed person — Comparable legal situations)
Kawża C-285/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – il-Pajjiżi l-Baxxi) – K vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv) (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru°883/2004 – Artikolu 65(2) u (5) – Kamp ta’ applikazzjoni – Ħaddiem f’qgħad sħiħ – Benefiċċji tal-qgħad – Ħaddiem li jirrisjedi u jeżerċita attività bħala persuna impjegata fl-Istat Membru kompetenti – Trasferiment tar-residenza tiegħu fi Stat Membru ieħor – Persuna li effettivament ma teżerċitax attività bħala persuna impjegata fl-Istat Membru kompetenti qabel ma tkun f’qgħad sħiħ – Persuna li waqfet mix-xogħol minħabba mard u li, fuq din il-bażi, tirċievi benefiċċji tal-mard imħallsa mill-Istat Membru kompetenti – Eżerċizzju ta’ attività bħala persuna impjegata – Sitwazzjonijiet legali paragunabbli”)

ĠU C 481, 29.11.2021, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 481/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – il-Pajjiżi l-Baxxi) – K vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)
(Kawża C-285/20) (1)
(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nruo883/2004 - Artikolu 65(2) u (5) - Kamp ta’ applikazzjoni - Ħaddiem f’qgħad sħiħ - Benefiċċji tal-qgħad - Ħaddiem li jirrisjedi u jeżerċita attività bħala persuna impjegata fl-Istat Membru kompetenti - Trasferiment tar-residenza tiegħu fi Stat Membru ieħor - Persuna li effettivament ma teżerċitax attività bħala persuna impjegata fl-Istat Membru kompetenti qabel ma tkun f’qgħad sħiħ - Persuna li waqfet mix-xogħol minħabba mard u li, fuq din il-bażi, tirċievi benefiċċji tal-mard imħallsa mill-Istat Membru kompetenti - Eżerċizzju ta’ attività bħala persuna impjegata - Sitwazzjonijiet legali paragunabbli”)
(2021/C 481/18)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: K
Konvenut: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament Nru 883/2004 (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal sitwazzjoni li fiha, qabel ma kienet f’qgħad sħiħ, il-persuna kkonċernata kienet tirrisjedi fi Stat Membru għajr l-Istat Membru kompetenti u ma kinitx effettivament teżerċita attività bħala persuna impjegata, iżda kienet waqfet mix-xogħol minħabba mard u kienet tirċievi, fuq din il-bażi, benefiċċji tal-mard imħallsa mill-Istat Membru kompetenti, bil-kundizzjoni, madankollu, li skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kompetenti, l-intitolament għal tali benefiċċji jkun assimilat għall-eżerċizzju ta’ attività bħala persuna impjegata. |
2) |
L-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament Nru 883/2004, kif emendat mir-Regolament Nru 465/2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-raġunijiet, b’mod partikolari ta’ natura familjari, li għalihom il-persuna kkonċernata ttrasferixxiet ir-residenza tagħha fi Stat Membru għajr l-Istat Membru kompetenti, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. |