Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0262

    Kawża C-262/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Frar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rayonen sad Lukovit – il-Bulgarija) – VB vs “Glavna direktsia Pozharna bezopasnost i zashtita na naselenieto” (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Direttiva 2003/88/KE – Artikolu 8 – Artikolu 12(a) – Artikoli 20 u 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Tnaqqis tat-tul normali tax-xogħol ta’ billejl meta mqabbel ma’ dak tax-xogħol ta’ matul il-ġurnata – Ħaddiema fis-settur pubbliku u ħaddiema fis-settur privat – Ugwaljanza fit-trattament)

    ĠU C 165, 19.4.2022, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 165, 19.4.2022, p. 6–6 (GA)

    19.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 165/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Frar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rayonen sad Lukovit – il-Bulgarija) – VB vs “Glavna direktsia Pozharna bezopasnost i zashtita na naselenieto”

    (Kawża C-262/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Artikolu 8 - Artikolu 12(a) - Artikoli 20 u 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Tnaqqis tat-tul normali tax-xogħol ta’ billejl meta mqabbel ma’ dak tax-xogħol ta’ matul il-ġurnata - Ħaddiema fis-settur pubbliku u ħaddiema fis-settur privat - Ugwaljanza fit-trattament)

    (2022/C 165/07)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Rayonen sad Lukovit

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: VB

    Konvenut: Glavna direktsia “Pozharna bezopasnost i zashtita na naselenieto”

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 8 u l-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jimponux l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li t-tul normali tax-xogħol ta’ billejl għal ħaddiema fis-settur pubbliku, bħalma huma l-pulizija u l-persunal tat-tifi tan-nar, għandu jkun inqas mit-tul normali tax-xogħol ta’ matul il-ġurnata previst għal dawn tal-aħħar. Tali ħaddiema għandhom fi kwalunkwe każ jibbenefikaw minn miżuri oħra ta’ protezzjoni fil-qasam tat-tul tax-xogħol, tas-salarju, ta’ allowances jew ta’ benefiċċji simili, li jippermettu li tiġi kkumpensata t-tbatija partikolari li jimplika x-xogħol ta’ billejl imwettaq minnhom.

    2)

    L-Artikoli 20 u 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li t-tul normali tax-xogħol ta’ billejl stabbilit bħala seba’ sigħat fil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru għall-ħaddiema fis-settur privat ma japplikax għall-ħaddiema fis-settur pubbliku, inklużi l-pulizija u l-persunal tat-tifi tan-nar, jekk tali differenza fit-trattament tkun ibbażata fuq kriterju oġġettiv u raġonevoli, jiġifieri jekk tkun marbuta ma’ għan legalment ammissibbli mfittex mill-imsemmija leġiżlazzjoni u jekk tkun proporzjonata għal dan il-għan.


    (1)  ĠU C 279, 24.8.2020.


    Top