Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0037

    Kawżi magħquda C-37/20 u C-601/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’arrondissement de Luxembourg – il-Lussemburgu) – WM (C-37/20), Sovim SA (C-601/20) vs Luxembourg Business Registers (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu – Direttiva (UE) 2018/843 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 – Emenda magħmula fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(5) ta’ din l-aħħar direttiva – Aċċess ta’ kull membru tal-pubbliku ġenerali għall-informazzjoni dwar il-benefiċjarji effettivi – Validità – Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Rispett tal-ħajja privata u tal-familja – Protezzjoni tad-data personali)

    ĠU C 24, 23.1.2023, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’arrondissement de Luxembourg – il-Lussemburgu) – WM (C-37/20), Sovim SA (C-601/20) vs Luxembourg Business Registers

    (Kawżi magħquda C-37/20 u C-601/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu - Direttiva (UE) 2018/843 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 - Emenda magħmula fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(5) ta’ din l-aħħar direttiva - Aċċess ta’ kull membru tal-pubbliku ġenerali għall-informazzjoni dwar il-benefiċjarji effettivi - Validità - Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Rispett tal-ħajja privata u tal-familja - Protezzjoni tad-data personali)

    (2023/C 24/03)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal darrondissement de Luxembourg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: WM (C-37/20), Sovim SA (C-601/20)

    Konvenut: Luxembourg Business Registers

    Dispożittiv

    Il-punt 15(c) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE, huwa invalidu sa fejn dan emenda l-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, fis-sens li dan il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(5) jipprevedi, fil-verżjoni emendata tiegħu, li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji effettivi tal-kumpanniji u tal-entitajiet ġuridiċi oħra stabbiliti fit-territorju tagħhom tkun aċċessibbli fil-każijiet kollha lil kull membru tal-pubbliku ġenerali.


    (1)  ĠU C 103, 30.3.2020.

    ĠU C 35, 1.2.2021.


    Top